Kultura
Laqta kontemporanja għal ‘As you like it’ fil-ġonna ta’ Sant’ Anton

Il-kumpanija MADC qed iżżomm mat-tradizzjoni li l-produzzjoni annwali tagħha fis-sajf tkun ir-rappreżentazzjoni ta’ xogħol ta’ William Shakespeare.

Il-ġonna ta’ Sant’ Anton f’Ħ’Attard se jkunu miżgħuda b’maġija u fantasija hekk kif il-kumpanija teatrali l-MADC se ttella’ l-produzzjoni  ‘As You Like It’. Id-dramm hu bbażat fuq l-istorja ta’ Rosalind, in-neputija tad-duka Fredrick, li titkeċċa mill-palazz wara li titfa’ ħarsitha fuq Orlando.

Hija taħrab mill-ambjent oppressiv li ħoloq zijuha biex tfittex lil missierha li jinsab eżiljat fil-foresta ta’ Arden. Tagħmel dan liebsa kostum ta’ tfajjel u l-istorja issegwi l-avventuri romantiċi u ħielsa tagħha fi vjaġġ li matulu tiskopri l-identità tagħha.

Id-direttur, Philip Leone Ganado, jiddeskrivi id-dramm bħala produzzjoni li tħalli lill-udjenza f’burdata pjaċevoli minħabba l-mumenti komiċi u movimentati. “As you like it; it’s a comedy, it’s a fun joyous comedy, sort of play with music and dancing and a lot of joy… I keep using this word, joy, because that is the sort of play it is.”

Philip qal li l-interpretazzjoni tad-dramm hija klassika, minkejja li fiha laqta moderna. “So for San Anton it’s just perfect for us, we’ve got the gardens to guide us, and in terms of adaptation, it is Shakespeare’s classic script, but we have gone for a contemporary take on it with modern costumes, music, we have actors doubling… this should add to the sense of fun… it should be a very fresh take”.

Fost il-kast tal-produzzjoni hemm atturi stabbiliti u oħrajn ġodda.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Qed ikun imbassar li se tagħmel maltempata bir-ragħad fuq il-gżejjer Maltin iktar tard illum, bl-iktar ħin probabbli li se tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex huwa bejn is-2pm u nofsillejl….

Ġurnali

In-Nazzjon Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Webber fi Brussel fejn Dr Delia attenda għas-summit tal-PPE. Fl-ewwel paġna wkoll insibu…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin, fi Brussell, se jkun qiegħed jiddiskuti flimkien mal-mexxejja tal-Istati Membri l-futur tal-Ewropa fid-dawl ta’ Brexit u l-fenomenu tal-immigrazzjoni u l-isfidi li jġib miegħu….

Infrastruttura

Tnediet skema ġdida bħala parti mill-proġett għar-riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt Valletta. Din l-iskema li hija ffinanzjata 80% minn Fondi Ewropej u 20% mill-Awtorità tal-Ippjanar tammonta għal €2 miljun. Immexxija mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-iskema tagħmel parti…

Aktar