Lokali
Lascaris War Rooms b’kollezzjoni ta’ bdot Ġermaniż li attakka lil Malta fit-Tieni Gwerra Dinija

Żewġ aspetti li kienu kontra xulxin fit-Tieni Gwerra Dinija spiċċaw taħt saqaf wieħed. Kollezzjoni ta’ suldat Ġermaniż fit-Tieni Gwerra Dinija, inkluż l-uniformi u ritratt ta’ ajruplani Nażżisti jattakkaw lil Malta, inkisbu mill-Fondazzjoni Wirt Artna u sabu posthom fil-war rooms f’Lascaris fejn kienet tigi kordinata d-difiza ta’ Malta fl-aħħar Gwerra Dinija.

Kollezzjoni ta’ bdot Ġermaniż li attakka lil Malta mill-ajru fit-tieni gwerra dinija, sabet dar ġdida, f’post fejn waqt il-gwerra kienet tinħadem l-istrateġija kontra l-attakki tiegħu.

Iċ-Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia, qal li l-kollezzjoni tal-bdot Hans Hassemer, li ha sehem f’żewġ bumbardamenti fuq Malta meta l-Luftwaffe attakkaw lil Malta fl-1942, kompliet iżżid mal-awtentiċità li għandhom il-Lascaris War Rooms fil-Belt.

Iċ-Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia qal ”fost l-aktar affarijiet importanti hija l-ġabra ta’ dokumenti li ġiet mal-kollezzjoi li tiċċhartja l istorja kollha ta’ dan is-surġent Hassemar, minn meta daħal; fl-airforce Ġermaniża, it-training li ħa, il-kampanji kollha li ħa sehem fihom.”

Is-Sur Farugia qal li l-bdot Ġermaniż kien stazzjonat fi Sqallija u kien jifforma parti minn skwadra prestiġjuża fil-qawwa tal-ajru Nażisti, kif jixhdu rikonoxximenti li hemm fil-kollezzjoni. Dawn l-unuri ngħatawlu għall-ħidma li wettaq fl-attakki fuq Malta, fosthom salib tal-ħadid li ngħatalu l-għada li Malta ħadet il-George Cross.

Iċ-Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia kompla jgħid ”jekk wieħed iħares lejn l-affarijiet, tista’ tara n-navigational instruments, nafu li dawn intużaw fil-battalja ta’ Malta. Jekk tara l-album personali tiegħu, hemm ritratt tal-gżejjer Maltin u ajruplan Ġermaniż għaddejj minn fuqhom. Il-Juncker 88.”

Il-kollezzjoni nkisbet mill-Istati Uniti, fejn il-familja tiegħu kienet emigrat wara l-gwerra, b’kontribuzzjoni mill-Fondazzjoni Alfred Mizzi.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar