Lawrence Gray – You’re Beautiful

Lawrence Gray huwa wiċċ familjari għall-Malta Eurovision, madankollu l-kantant versatili dejjem jaħdem biex minn sena għall-oħra jippreżenta xi ħaġa differenti fuq il-palk. Il-kanzunetta “You’re Beautiful” b’kitba ta’ Paul Giordemaina u Fluer Balzan, hija melodika u mżewqa sew b’strumenti varji. Tiffoka fuq il-ħsejjes tal-korda, iżda lejn l-aħħar tal-kanzunetta tagħti ħjiel ta’ stil rock, bl-użu tal-kitarra elettrika. Fuq il-palk miegħu Gray se jkollu tliet mużiċisti jdoqqu strumenti tal-korda.