Inawgurat l-ewwel ċentru reġjonali biex jiddentifika problemi soċjali fil-Qawra

Inawgurat l-ewwel ċentru reġjonali biex jiddentifika problemi soċjali u permezz ta ħidma bejn il-gvern u għaqdiet mhux governattivi, jiġu offruti servizzi lill-familji jew individwi li jkollhom problemi socjali.

Inawgurat iċ-ċentru LEAP tal-Qawra li se jieħu post iċ-ċentru Aċċess. Il-kordinatur tac-centru, Martin Chetcuti qal li dan il-proġett se jagħti servizzi ġodda

Il-Ministru għas-solidarjeta Soċjali Michael Farugia qal li b’dan iċ-ċentru, il-gvern se jkun qed jaħdem biex joħloq servizzi soċjali aħjar u sostenibli.

Dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-fond soċjali ewropew. Minbarra ċ-ċentru fil-Qawra, se jiġu inawgurati ċentri oħra fil-Birgu u fir-Rabat Għawdex.