Leġġenda ta’ Youtube illejla waqt Serataron!

Għar-ritorn ta’ Serataron Ron Briffa għandu programm kollu nies imlaqqmin għaliex flimkien miegħu u ma’ Jacqui Losco se jingħaqdu t-tabib u l-kantant Gianluca Bezzina, l-infermier Eric Grech u l-għalliema Sandra Gauci imma mhux biss!

Fost il-mistednin speċjali se jkun hemm l-attur Simon Curmi u xi ħadd illi kulħadd jafu minħabba filmat partikolari fuq Youtube. Tgħid min hu?

Lejla ta’ daħq u divertiment garantit hekk kif il-mistednin jippruvaw jaqtgħu l-vuċi misterjuża inkella se jkollhom jieklu bżaru tal-filfel. Ron se jbati, u mid-dehra anke xokkijiet se jispiċċa jħoss! Il-band residenzjali ‘Ir-Ronnies’ jerġgħu jagħtuna makkjetta mill-isbaħ dwar il-mistednin. Iċ-ċajta vojta ma tonqosx!

Mela jekk trid tibda tmiem il-ġimgħa b’mod rilassat m’għandekx għażla oħra ħlief Serataron.
Illejla fl-20.50 fuq Tvm.