Lokali
Lejlet id-djalogu 5+5 f’Malta diskussa l-migrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja

Il-migrazzjoni, il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani u s-sitwazzjoni fil-Libja kienu fost it-temi diskussi f’laqgħa bilaterali bejn il-Ministri tal-Affarjiet Barranin Malti Carmelo Abela u Franċiż Jean-Yves Le Drian. It-taħdidiet bilaterali saru jum qabel Malta ser tkun qed tospita d-djalogu tal-5 + 5, magħruf ukoll bħala d-djalogu tal-Mediterran tal-Punent.

Il-Ministru tal-Affarjiet Barranin Franċiż Jean-Yves Le Drian esprima solidarjetà mal-awtoritajiet Maltin dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni. Qal li jifhem li din il-kwistjoni hija sensittiva u tinsab fuq quddiem tal-aġenda tal-awtoritajiet Maltin u appella għal soluzzjonijiet u solidarjetà bil-fatti mill-Unjoni Ewropea.

F’konfernza tal-aħbarjiet wara laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarjiet Barranin Carmelo Abela, il-Ministru Franċiż qal li meta Malta kienet teħtieġ l-għajnuna f’emerġenza umanitarja, Franza wieġbet immedjatament għat-talba tal-Gvern Malti fir-rilokazzjoni tal-immigranti. Il-Ministru Abela rringrazzja lil Franza għall-appoġġ li dejjem tat fil-kwistjoni tal-migrazzjoni.

Dwar il-kwistjonijiet fil-Libja, il-Ministru Abela esprima t-tama li bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali, inkluż ta’ Malta u Franza, l-elezzjonijiet li se jsiru fir-Rebbiegħa jibdew iwittu t-triq tal-istabbilità. Il-Ministru Le Drian min-naħa tiegħu qal li l-Unjoni Ewropea trid tindirizza t-traffikar uman u l-ġlieda kontra t-terroriżmu f’dan ir-reġjun.

Il-Ministru Abela qal li dwar il-Brexit hemm iktar mistoqsijiet milli tweġibiet, iżda l-istati membri għandhom jibqgħu jaħdmu fil-qrib biex tkun iċċarata r-relazzjoni bejn il-blokk Ewropew u r-Renju Unit. Il-Ministru Le Drian qal li l-ftehim ta’ May dwar il-Brexit ma’ mhux ser jiġi negozjat, bil-ballun issa jinsab f’saqajn il-Gvern tar-Renju Unit. Qal li Franza, bħal Malta, qed tħejji ruħha f’każ li ma jkunx hemm ftehim.

Il-laqgħat qed isiru jum qabel Malta tospita d-djalogu tal-5 + 5. Magħruf bħala d-djalogu tal-Mediterran tal-Punent, id-djalogu tal-5 + 5 huwa laqgħa informali li ġġib flimkien liż-żewġt ixtut tal-Mediterran tal-Punent – Franza, l-Italja, Malta, il-Portugal u Spanja min-naħa Ewropea, u l-Alġerija, il-Libja, il-Marokk, il-Mawritanja u t-Tuneżija min-naħa tal-Afrika ta’ Fuq.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Għadd ta’ passiġġiera, fosthom iktar minn 60 tifel li huma players tal-football, baqgħu l-art hekk kif it-titjira tagħhom lejn id-Danimarka tħassret. L-istorja jidher li reġgħet irrepetiet ruħha hekk kif għat-tieni…

Annimali

Għawwiema li dalgħodu kienu f’Wied iż-Żurrieq baqgħu mbellħa meta raw sajjieda jniżżlu l-art ħuta kbira. Id-dgħajsa tas-sajd daħlet mal-moll, u erba’ rġiel niżlu minnha jġorru ħuta kbira, li dehret li…

Qorti

Charlotte Zammit, omm Liam Debono, intbagħtet sentejn ħabs wara li nstabet ħatja li serqet diversi pompi tal-petrol. Fil-Qorti llum kompla jinstema’ l-każ tas-sinjura Debono fejn instabet ħatja li serqet flus…

Aktar