Brexit
Lejlet l-elezzjoni fir-Renju Unit

Il-poplu Ingliż għandu quddiemu deċiżjoni importanti ħafna . Skont kif se jkun ir-rizultat tal-elezzjoni ġenerali ta’ għada se jkun deċiż il-futur tal-pajjiż u tar-relazzjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea. Illum kienet l-aħħar ġurnata biex il-partiti jikkonvinċu lill-elettorat.

Fir-Renju Unit qed tintemm il-kampanja elettorali missielta li kienet dominat mill-Brexit u l-ġejjieni tar-Renju Unit. Għada l-elettorat Ingliż jivvota f’elezzjoni ġenerali li ssejħet bit-tama li tinħall il-kobba mħabbla dwar il-ħruġ tal-pajjiż mill-Unjoni Ewropea.

Minkejja li l-istħarriġ juri li l-konservattivi ser jirbħu din l-elezzjoni jidher li l-inċertezza għadha tirrenja sew aktar u aktar minħabba li fl-aħħar sigħat, il-Partit Laburista deher irkupra l-appoġġ tal-elettorat. Ħafna votanti għandhom indiċiżzi dwar kif ser jitfgħu l-vot tagħhom juru sfiduċja fil-klassi politika.

”No choice, none of them tell the truth’: frustrated Londoners on eve of election.”

“None of them tell the truth. They just don’t tell the truth. They’re just out for themselves, they’re not out for us, they are out for themselves. I will vote, I will vote, but I still haven’t made up my mind on who yet. Still like that. So it will be when I get in the actual polling booth that I’ll decide, I’m sure.”

“I think it’s been very incredibly divisive, yes. I mean it’s been very noisy, very argumentative and I don’t think it’s been very policy-based, it’s just been taking the other parties down, a case of other leaders and MPs trying to take the other party down, rather than actually putting across their policies and their ideas to the country.”

Sadanittant il-partit għamlu l-aħħar sforz biex jikkonvinċu lill-elettorat li dak li qed jgħidu huma l-aktar ta’ ġid għall-pajjiż. Il-Prim Ministru Boris Johnson u Kap tal-Konservattivi għażel li jmur isajjar torta.

”PM Johnson makes pie as waning lead casts doubt over election victory.”

“Tomorrow crucial choice facing the country. Do we go forward, get Brexit done, unite and level up across our country, or do we waste a year, two years, dither and delay with a ruinous economic policy under Corbyn and McDonnell, propped up by Nicola Sturgeon. That is the choice.”

“I’ll just let you know this, I’ve not come here to deliver milk or to hide in a fridge. I have come here with a message of hope, a message of hope for this country of what this manifesto, for what our party represents.”

Anke l-partit Liberali u l-Partit Brexit komplew bil-kampanja elettorali.

Din hija t-tielet elezzjoni generali li ssejhet fl-ahhar 4 snin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt li jinsab f’Davos l-Iżvizzera għall-Forom Ekonomiku Dinji, qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat, fil-kapitali Amerikana Washington, li għandu jiddetermina jekk Trump jitneħħiex minn President. Hu…

Barranin

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer. Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature…

Barranin

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi. Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk…

Aktar