Unjoni Ewropea
Leo Brincat jinħatar membru fuq żewġ kumitati tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Leo Brincat, il-membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inħatar membru fuq l-Audit Quality Control Committee tal-Qorti, li jissorvelja l-kwalità tal-Audits li jsiru.

Huwa nħatar ukoll membru tal-Isteering Committee Diġitali tal-Qorti, li qed tfassal l-istrategija diġitali tal-Qorti.

Is-Sur Brincat ilu jaħdem fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal dawn l-aħħar erba’ snin.