Lokali
Il-wardens mhux se juru trattament preferenzjali ma’ ċertu sewwieqa

F’xahrejn u nofs mindu bdiet is-sistema tal-punti, seħħew mat-18,000 kontravenzjoni li fuqhom is-sewwieqa jeħlu l-punti. L-Aġenzija tal-Infurzar Lokali, il-LESA, waqt li ddiskutiet kif is-sistema tista’ tiġi perfezzjonata, qed teskludi li s-sistema turi aktar ħniena ma’ kategoriji ta’ sewwieqa kif ipproponiet il-GRTU. Intant, l-Assoċjazzjoni tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni trid li torbot is-sistema tal-punti, mal-ħlas tal-poloz tal-assigurazzjoni.

Id-Direttur tal-Operat fl-Aġenzija tal-Infurzar Lokali, Elizabeth Vassallo, xejnet il-possibilità li s-sistema tal-punti tkun aktar ġeneruża mas-sewwieqa ta’ vetturi kummerċjali bħal dawk li jqassmu x-xogħol fil-ħwienet. Qalet li l-liġi hi l-istess għal kulħadd.

Il-GRTU kienet appellat biex l-awtoritajiet jirrevedu s-sistema tal-punti u jikkunsidraw li ċerti sewwieqa li jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum bil-vetturi tagħhom għandhom jingħataw ftit aktar nifs fis-sistema tal-punti qabel jitilfu l-liċenzja.

Id-Direttur tal-operat tal-LESA qalet li fl-aħħar jiem, ir-regolatur poġġa madwar il-mejda ma’ diversi entitajiet biex jipperfezzjona s-sistema li bdiet taħdem f’Diċembru li għadda. Fost oħrajn, semmiet li ttawwal iż-żmien minn ħmistax għal 21 ġurnata, biex sidien tal-vetturi li jintużaw min sewwieqa differenti jkunu jistgħu jinfurmaw lill-awtoritajiet bis-sewwieq li jkun wettaq il-kontravenzjoni li tinqabad bl-ispeed camera. Il-GRTU iżda qed tilmenta li s-sistema biex ikunu trasferiti l-punti żiedet il-burokrazija għall-operaturi fin-negozju.

Intant is-sistema tal-punti ntlaqgħet tajjeb mill-Assoċjazzjoni tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni iżda din trid aġġustament fiha, kif spjega d-Direttur Ġenerali tal-assoċjazzjoni, Adrian Galea.

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni Adrian Galea qal ”mhux ġust li l-istess sewwieqa iħallsu l-istess premium għall-polza tal-assigurazzjoni. Għandu jkun hemm differenza bejn dak li jaqla’ il-punti u jabbuża b’mod regolari u dak li joqgħod attent u josserva ir-regoli.”

Dak li qed titlob l-Assoċjazzjoni tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni jista’ jigi kkunsidrat. Madankollu huwa mifhum li l-LESA trid tara jekk tkunx qed tikser il-protezzjoni tad-data jekk tiżvela l-punti tas-sewwieqa mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-operaturi tat-trasport fl-iskema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti żdiedu bi 18 oħra. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-operaturi tat-traspost telgħu għal 75. Il-Ministeru qal li ser ikun…

Lokali

Il-Moviment Patrijotti Maltin organizza mixja mill-Ħamrun sal-Marsa b’solidarjetà mar-residenti. Henry Battistino f’isem il-Moviment qal li b’din il-mixja jridu juru s-solidarjetà tagħhom għaliex qal li dawn ir-residenti qed isofru konsegwenzi minħabba…

Lokali

Il-Professur Alan Deidun qal li fl-ibħra Maltin feġġet ħuta invażiva magħrufa bħala Siganus Luridus jew Qawsalla. Fuq Facebook, Prof Deidun spjega li l-ħuta oriġinat fil-Baħar l-Aħmar u l-Oċean Indjan. Hija ġiet…

Aktar