Kostruzzjoni
Lest imur għand il-Kummissarju tal-Pulizija jekk isir jaf min rema f’wied fl-Imġarr

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr.

Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr u li lest imur għand il-kummissarju tal-Pulizija.

Ir-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fil-limiti tal-Imġarr ġie deskritt mill-Preisedent tal-MDA Sandro Chetcuti bħala att kriminali li għandu jiġu kkundunat mingħajr riservi. F’kummenti ma’ TVM is-sur Chetcuti qal li l-MDA qiegħda tindaga dwar min seta’ wettaq l-isfreġju ambjentali.

”Aħna xxukjati ħafna bl-aġir ta’ xi ftit nies li għamlu dawn il-ħmerijiet u ser inkunu iebsin fis-sens illi mil-limitazzjonijiet tagħna. Aħna jekk ser inkunu nafu min huma u diġà għandna suspett min huma, jien l-ewwel wieħed sejjer għand il-Kummissarju tal-Pulizija biex nara li l-Pulizija ħadet passi fuq dan l-att kriminali.”

Dwar il problema tar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni, is-Sur Chetcuti qal li l-Gvern qiegħed jikkusndira 3 alternattivi.

”Qalilna li fil-ġranet li ġejjin ser ikun qiegħed ilaqqa’ l-kabinett biex jiddeċiedi li ser ikun qiegħed jieħu l-barrieri tal-Gvern, li huma tal-Istat, ser ikun qiegħed jara fejn diġà hemm permess mill-ERA Hurds Bank, biex ikun jista’ jsir id-dumping hemmhekk, skart nadif.”

Is-Sur Chetcuti qal li soluzzjoni oħra li qed tiġi kkunsidrata hija r-reklamazzjoni tal-art fil-baħar, li tista’ tgħin industriji li huma importanti għall-ekonomija Maltija.

”Nistgħu noħolqu ambjent fejn ikun hemm artificial reefs, li jkunu anki jattiraw it-turisti bħal ma hemm pajjiżi oħra, u ma għandniex għalfejn noqgħodu nibżgħu u li ser noqgħodu nibnu xi appartamenti ġol-baħar.”

Is-Sur Chetcuti qal li mhux kull barriera tista’ tintuża għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni. Huwa qal li jittama li l-Gvern jieħu deċiżjoni mill-iktar fis biex l-industrija tkun tista’ tkompli topera.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Aktar