Kultura
Lest ir-restawr fuq il-faċċata tal-Knisja ta’ San Ġużepp f’Santa Venera

Għadu kemm tlesta r-restawr tal-faċċata u l-kampnar tal-Knisja ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, fi proġett li sewa €59,000 u li tmexxa mid-Direttorat tar-Restawr.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera żar din il-knisja li hija mibnija fuq stil neoklassiku, fejn spjega li dan il-proġett kien intgħażel permezz tal-iskema ta’ restawr maħruġa lill-kunsilli lokali.

Intqal li peress li l-knisja tinsab fi triq traffikuża, id-dħaħen tal-karozzi u t-tniġġis tal-arja ffurmaw qoxra sewda fuq il-gwarniċi u t-timpanu, u l-kampnar kellu ħsara b’ġebel nieqes fil-parti ta’ fuq u bil-balavostri mmermrin.

Ix-xogħol tal-faċċata sar b’mod manwali fejn intużaw diversi proċessi għat-tindif tal-faċċata. Biex titneħħa l-qoxra sewdenija mill-faċċata, tqiegħdu impakki b’kimika apposta għal diversi drabi sakemm il-ħmieġ inħall u ġie assorbit mill-impakki. Dan il-proċess wassal biex ma ntilef xejn mil-lavur u l-materjal originali.

Ġie spjegat ukoll li fil-kampnar inbidlu l-balavostri deterjorati u l-ġebel nieqes jew fi stat ħazin. Fuq nett tneħħa s-salib eżistenti tal-konkrit u nbidel b’salib tal-ġebel b’disinn tal-istess żmien tal-knisja, kif ukoll issewwew żewġ statwi ta’ anġli.

Il-Ministru Herrera ħabbar li l-ministeru tiegħu qed jaħdem fuq skema oħra ta’ dan ix-xorta u ser titnieda dalwaqt sabiex ikunu jistgħu jsiru aktar proġetti ta’ restawr ta’ dan it-tip.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar