Lokali
Lest jirtira l-libelli kontra DCG jekk qrabatha jaċċettaw ir-riżultati tal-inkjesta Egrant

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u li jkunu ntirtu minn qrabathom.

Il-Prim Ministru qal dan f’ittra li bagħat lill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Dunja Mijatovic, b’risposta għal ittra li fiha hija talbet lill-Gvern jirtira l-kawżi ta’ libell kontra l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Mijatovic kienet qalet li dawn il-kawżi ta’ libell huma ta’ tħassib kemm għall-familja Caruana Galizia kif ukoll għall-ħelsien tal-istampa u r-rispett tas-saltna tad-dritt fil-pajjiż.

Fit-tweġiba, il-Prim Ministru qal li l-Gvern ingħata parir li ma jistax iħassar kawżi ċivili f’każ li l-akkużat jiġi nieqes, u dan għaliex iqajjem dubji serji dwar id-dritt għal smiegħ xieraq skont il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Prim Ministru fakkar li l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia aċċettat il-wirt tagħha. Dr Muscat talab lill-Kummissarju tindika jekk hemmx pożizzjoni komuni dwar din il-materja fuq livell Ewropew.

Il-Prim Ministru qal ukoll li din il-kwistjoni qatt ma tqajmet fil-konsultazzjonijiet kollha li saru sa sena ilu dwar il-liġi ta’ defamazzjoni – il-MADA. Huwa tenna li d-diskussjonijiet kienu saru fuq livelli differenti anki mal-OSCE, u eventwalment il-liġi l-ġdida eliminat għal kollox il-libell kriminali u tat protezzjoni akbar lill-ġurnalisti.

Fl-aħħarnett, il-Prim Ministru fakkar kif fuq livell personali huwa kien indika li lest jirtira l-kawzi ta’ libell kontra Daphne Caruana Galizia f’każ li l-familja tagħha tkun lesta tagħmel dikjarazzjoni fis-sens li taċċetta r-riżultati tal-inkjesta Egrant.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Aktar