Barranin
Lest li tħallas €6,000 għall-esperjenza ta’ 20 sekonda?

 

Lest li tħallas €6,000 għall-esperjenza ta’ 20 sekonda mingħajr gravità?

Iċ-Centre National D’Etudes Spatiales (CNES), l-Aġenzija tal-Ispazju ta’ Franza għaddejja b’esperiment fuq il-bniedem u l-gravità.

Passiġġiera li rikbu fuq l-ajurplan Zero-G, A310, esperjenzaw 20 sekonda mingħajr gravità waqt li l-ajruplan kien qed itir.

Il-kumpanija Novespace nediet programm mal-Aġenzija Spazjali Franċiża CNES, fejn għadd ta’ riċerkaturi qed jistudjaw l-impatt ta’ nuqqas ta’ gravità fuq il-ġisem uman u l-pjanti bit-tama li xi ġurnata tkun possibbli l-ħajja fuq il-pjaneta Mars.

Dawk il-passiġġiera li esperjenzaw il-gravità żero ħassewhom jogħlew ‘il fuq.

It-titjira li titlaq minn Merignac fi Franza hija miftuħa għal kulħadd bi prezz ta’ €6,000.