Barranin, Kurżitajiet
Lest tibda tivjaġġa b’dan l-arjuplan fil-futur?

Hemm ċans li minn hawn u ftit tas-snin oħra flok ajruplani kbar, biex insiefru nibdew nużaw mudelli ħafna iżgħar.  Dan għaliex bħalissa qed isiru bosta proġetti minn ditti kbar tal-avjazzjoni f’tentattiv biex jillimitaw it-tniġġis li qed jikkawża l-jet fuel fl-arja li huwa ta’ tħassib minħabba l-bidla fil-klima.

L-għażla donnha qed taqa’ fuq ajruplani li jġorru numru limitat ta’ passiġġieri u merkanzija ta’ daqs żgħir li kulma jistgħu jtiru huwa minn belt sa oħra.  Dawn l-ajruplani jistgħu jużaw batteriji elettroniċi li huma iktar effiċjenti u iktar nodfa fl-użu tal-enerġija meħtieġa biex itiru minn post għall-ieħor.

Per eżempju s-CityAirbus huwa ajruplan futuristiku li mistenni jibda bl-ewwel titjira fl-2018.  Jesa sa 4 passiġġieri li jkunu jistgħu jmorru minn belt għall-oħra.  Imbagħad hemm iż-Zunum Aero, ajruplan hybrid li jista’ jġorr sa massimu ta’ 12-il passiġġier sa distanza ta’ 700 mil.

Biex l-ajruplani jibqgħu ta’ daqs kbir u jkunu jistgħu jtiru distanzi itwal, is-soluzzjoni mhix faċli, għax il-problema hija li l-batteriji elettriċi ma tantx jaħżnu enerġija daqs kemm jiflaħ il-jet fuel.  Esperti fl-industrija tal-avjazzjoni jistmaw li l-batteriji jaħżnu 40 darba inqas enerġija mill-jet fuel anke jekk l-ajruplani jużaw l-aqwa batteriji li hawn fid-dinja.

Għaldaqstant hemm il-ħsieb li l-ajruplani jibdew jużaw magni hybrid bħall-karozzi jew inkella saħansitra qed tiġi esplorata l-possibilità li d-disinn tal-ajruplani jinbidel kompletament.  Dan sabiex jiġu sodisfatti l-esiġenzi kemm tal-kumpaniji li jimmanifatturaw l-ajruplani biex iħarsu l-ambjent u l-vijabilità ekonomika tal-ajruplan, kif ukoll tal-passiġġieri biex ikomplu jmorru minn post għall-ieħor b’kumidità fl-iqsar ħin possibbli.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmenin ġurnata mindu saret l-elezzjoni, l-Italja tinsab qrib li jkollha Prim Ministru ġdid. L-isem propost hu Giuseppe Conte, Professur fil-liġi ta’ 54 sena mill-belt ta’ Foggia fir-reġjun ta’ Puglia… qajla…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Aktar