Trasport
Lesti jgħinuk jekk tibża’ ssuq ir-rota fit-toroq Maltin

Tnediet l-iskema “Bikeability” li se tipprovdi taħriġ mingħajr ħlas għal dawk li jibżgħu jsuqu ir-rota biex jitgħallmu jimmanuvraw aħjar bir-rota fit-toroq Maltin. L-iskema se titħaddem mill-kumpanija NextBike li diġà għandha għaxar stazzjonijiet tar-roti f’Malta.

Min kien qata’ qiesu li xi darba jirkeb rota, se jkollu ċ-ċans li jitgħallimha permezz ta’ taħriġ li se jingħata mingħajr ħlas.

L-iskema se titħaddem min-NextBike billi wieħed jagħmel użu mir-roti li jinsabu fi stazzjonijiet tar-roti li jinsabu f’San Ġiljan, tas-Sliema, il-Belt, Pembroke, San Ġwann, is-Swieqi, Ta’ Xbiex, l-Imsida, San Pawl il-Baħar, l-isptar Mater Dei u l-Università.

L-iskema tan-Nextbike twaqqfet Malta fl-2016 u hija operata b’app tal-mobile biex min jixtieq juża r-rota isib l-eqreb stazzjon u juża r-rota biex jivvjaġġa lejn id-destinazzjoni tiegħu.

Id-direttur tan-Nextbike, Alan Camilleri, spjega li t-taħriġ se jkun personalizzat biex iħajjar aktar persuni jużaw ir-rota bħala l-mezz għat-trasport anke biex wiehed imur ghax-xoghol biha. “Naturalment aħna dejjem nedukaw in-nies kif jistgħu jsuqu r-rota b’mod kunfidenti u sigur, naturalment anki r-roti huma armati b’informazzjoni fuq dan.”

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg irrikonoxxa li t-titjib fl-infrastruttura tat-toroq Maltin biex ikunu tajbin għas-sewqan tar-roti hija sfida kbira li l-awtoritajiet Maltin qed jippruvaw jindirizzaw permezz ta’ strateġiji li jnaqqsu r-riskji għal dawk li jirkbu r-rota. “Se jkunu qed ninvestu mingħajr preċedent ammont kbir fl-infrastruttura tagħna u huwa importanti li mhux biss nħarsu lejn il-ħtiġijiet tal-lum imma anki l-ħtiġijiet ta’ għada, fost l-oħrajn anki mezzi alternattivi ta’ trasport, anki r-rota.”

Il-Ministru Borg qal li fl-istadju ta’ ppjanar ta’ proġetti infrastrutturali ġodda se jkunu integrati korsiji apposta għal dawk li jużaw ir-roti. Qal li r-roti huma mezz alternattiv ta’ trasport li l-Gvern irid jippromovi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, riesaq lejn tmiemu proġett ikkumplikat li nvolva snin ta’ studji u xogħol għad-disinn u l-istallazzjoni ta’ sistema li tikkontrolla l-ambjent fil-kripta tal-Granmastri. Il-proġett qed jaċċerta li…

Kronaka

Karozza ħadet in-nar fi Triq Liedna, il-Fgura. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1am. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Issejħet ukoll ambulanza iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

Stejjer Umani

Bjorn Formosa reġa’ daħal l-isptar wara li 21 jum ilu għamel operazzjoni. Fuq Facebook, Bjorn qal li qed iħossu agħar minn qatt qabel u li qed iħossu bla nifs, stordut…

Gazzetti

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, it-Tlieta, 25 ta’ Settembru, 2019 L-ORIZZONT b’rapport fil-paġna ta’ quddiem dwar l-aħħar statsitika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li wriet li dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol…

Aktar