Lokali
Leżbjani Għawdxin imwarrba… ikollhom jiġu jgħixu Malta

Bejn Malta u Għawdex m’hemmx biss baħar jaqsam.

Studju ta’ studenta Għawdxija kkonkluda li leżbjani Għawdxin qed ikollhom jiġu jgħixu Malta minħabba l-pressjoni li jħossu mill-familji u l-komunitajiet Għawdxin.

Għal kważi 20 sena li għexet Għawdex, Graziella Scerri qatt ma ltaqgħet ma’ persuni omosesswali, u wisq anqas tgħallmet dwar is-suġġett. Graziella, li issa ilha tgħix Malta 14-il sena, ispirat ruħha minn din ir-realtà f’Għawdex u għamlet it-teżi tagħha fuq żgħażagħ Għawdxin leżbjani.

Mir-riċerka ta’ Graziella ħareġ li hemm baħar jaqsam bejn il-mentalità tal-Għawdxin u l-Maltin.

“Meta ċerti leżbjani ħarġu out ma’ sħabhhom, dawn il-ħbieb tagħhom warrbuhom għax ma jaċċettawx li jkunu fil-kumpanija ta’ nisa li kienu leżbjani” qalet Graziella Scerri.

Ħafna leżbjani Għawdxin spiċċaw biex ġew jgħixu Malta għax ma jħossuhomx aċċettati f’Għawdex.

Il-gżira ta’ Għawdex ma tilqax għal dawn in-nies eżempju bars jew postijiet fejn jiltaqgħu dawn in-nies ma tantx issib. Anzi, m’hemm xejn proprjament.

F’dan l-istudju ħareġ li l-leżbjani Għawdxin, apparti li damu ma għarfu lilhom infushom, sabuha diffiċli jiftħu qalbhom mal-ġenituri għax fost oħrajn, l-Għawdxin għadhom wisq tradizzjonali u għalihom, iż-żwieġ huwa biss bejn mara u raġel.

“Kien hemm ukoll perjodu ta’ sentejn fejn ma tkellmux bejniethom u ħafna drabi ma jaċċettawx lit-tfal tagħhom anki jekk pereżempju jkollhom tfajla. Il-missirijiet kienu diffiċli biex jitkellmu magħhom minħabba l-valuri reliġjużi” qalet Graziella Scerri.

Miż-żgħażagħ leżbjani li intervistat, kien hemm każ li baqa’ ttimbrat f’moħħ Graziella.

“Parteċipanta minnhom esperjenzat anki tgħajjir fuq il-midja soċjali fejn jarawhom minn membri tal-familja tagħha stess u anke meta l-ġenituri tagħhom jeħduha ħażin, speċjalment l-ommijiet” kompliet tgħid Graziella Scerri.

Din l-istigma hija preżenti anke fil-postijiet tax-xogħol f’Għawdex.

Graziella qalet ukoll li “klijenti li jkunu jafu jew jiddubitaw hijiex gay jew le qishom jibżgħu u jżommu lura milli jieħdu xi servizzi minn dawn in-nies li jiġu minn din il-minorità.”

Graziella tħoss li t-tfal għandhom jitgħallmu dwar id-diversità u s-sesswalità minn età żgħira.

“Għalfejn dejjem familja ngħidu li mara u u raġel? Jien nemmen li anki mill-edukaturi għandha tiġi li minn età żgħira l-familja tista’ tkun mara u raġel, mara u mara, u raġel u raġel” stqarret Graziella Scerri.

Graziella qalet, li għalkemm fuq il-karta sar progress fid-drittijiet tal-komunità LGBTIQ, għad fadal xi jsir biex tingħeleb id-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ din il-minoranza.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar