Lokali
Lezzjoni u esperjenza mhux tas-soltu għat-tfal tal-Kulleġġ Maria Regina

Mal-mija u tletin tifel u tifla ngħataw lezzjoni tal-ġeografija waqt titjira speċjali tal-Airmalta. Għal uħud mill-istudenti tal-primarja tal-Kulleġġ Maria Regina din kienet l-ewwel darba li telgħu fuq ajruplan, filwaqt li għal oħrajn kienet xorta waħda esperjenza unika għaliex il-bdot tajjar l-ajruplan apposta għalihom biex setgħu jossevaw mill-ajru kemm il-lokalitajiet Maltin, il-gżejjer u Sqallija fosthom il-vulkan Etna li l-quċċata tiegħu ghadha b’kisja tas-silġ.

Il-kaptan tal-ajruplan Airbus 320 tal-Airmalta żied mal-esperjenza edukattiva tal-istudenti billi tul it-titjira li ħadet madwar siegħa u nofs ta spjegazzjoni dettaljata tar-rotta u tal-postijiet li t-tfal setgħu jaraw mit-twieqi tal-ajruplan.

Is-surmast tal-iskola Edwin Debono qalilna li l-kullegg jemmen ħafna f’esperjenzi edukattivi li jsiru lil hinn mill-ambjent tal-klassi.

Is-Surmast tal-Kulleġġ, Edwin Debono qal ”esperjenza kif qed tara, eċitament, ħafna minnhom bil-kemm raqdu, qamu kmieni, il-pilot jispjegalhom lilhom, gżejjer Maltin.”

Kif niżlu lura fl-ajruport, it-tfal minflok ma kienu għajjenin, kienu mimlijin enerġija, ħerqana li forsi jerga’ jkollhom esperjenza oħra bħal din fil-futur.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Aktar