Lokali
Lezzjonijiet apposta għat-tfal li jkunu l-isptar għall-kura fit-tul

Fis-swali tat-tfal fl-isptar Mater Dei, isiru wkoll lezzjonijiet maħsuba apposta għat-tfal li jkollhom bżonn kura fit-tul. B’koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-isptar u l-awtoritajiet edukattivi, ġew iddedikati riżorsi kemm ta’ għalliema kif ukoll ta’ materjal edukattiv biex tfal morda iżommu l-pass fit-tagħlim.

Fis-swali tat-tfal fl-isptar Mater Dei mhux biss jieħdu ħsieb il-kura tat-tfal iżda wkoll isir sforz biex f’każi ta’ mard fit-tul, dan ma jħarbatx il-mixja edukattiva tat-tfal. Dan isir b’kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-edukazzjoni li jipprovdi għalliema u LSA’s li jassistu lit-tfal għall-eżamijiet waqt li jkunu fl-isptar.

Ivy Caruana stqarret li ‘ikollna tfal li sfortunament idumu magħna, isir is-sillabu nagħmlu kuntatt mal-iskejjel biex nimxu id f’id mal-iskejjel”.

Dan is-servizz fl-isptarijiet huwa msaħħaħ b’għodod edukattivi fosthom kotba ġodda li jingħataw mid-dipartiment nazzjonali tal-litteriżmu, u eżerċizzji edukattivi li t-tfal jagħmlu fl-isptar.

Ivy Caruana qalet li “hija sabiħa ħafna r-relazzjoni li tibni għax qed timxi pass pass f’dan il-mument diffiċli li jkollhom f’ħajjithom”.

Is-swali kollha tat-tfal għandhom kamra tal-logħob u librerija, fejn jingħataw il-lezzjonijiet anki b’mod interattiv permezz ta’ logħob addati għall-etaijiet tat-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Maltapost u s-Soċjetà Maltija tal-Filatelija qed itellgħu l-fiera tal-kollezzjonisti tal-bolol magħrufa bħala Maltex. Il-fiera tat ukoll spazju lil kollezzjoni oħra biex juru d-damma ta’ oġġetti li qajla jiġu f’moħħok li…

Saħħa

Fil-gżejjer Maltin hawn mal-35,000 persuna li jingħataw kura minħabba problemi fit-taħdit fosthom 600 tifel u tifla. Dr Rita Micallef li tmexxi s-servizzi terapewtiċi fid-Dipartiment tas-Saħħa qalet lil TVM li fl-aħħar…

Kronaka

Raġel ta’ 49 sena mill-Mosta ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati wara li waqa’ għoli ta’ diversi metri minn fuq l-irdumijiet ta’ Ras id-Dawwara fl-akwati ta’ Għar id-Dwieb fl-Imtaħleb. TVM huwa infurmat…

Budget

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq tliet pilastri: il-ħolqien tal-ġid, inċentivi għal min jeħtieġ l-għajnuna biex jimxi ‘l quddiem u…

Aktar