Kurżitajiet
Li jkollok it-tfal ixejjħek aktar mit-tipjip – b’11-il sena

Skont riċerka u studji li saru fuq 2,000 nisa Amerikani fl-età riproduttiva tagħhom, ħareġ li dawk in-nisa li kellhom it-tfal, ġisimhom xjaħ bi 11-il sena.

L-istudju li ġie ppubblikat fil-ġurnali uffiċjali ‘Human Reproduction’ u ‘New Scientist’ jgħid li n-nisa li jkollhom it-tfal jesperjenzaw bidla fil-ġenetika tagħhom u jixjieħu aktar malajr.

Dan qalitu x-xjentista Anna Pollack li taħdem f’George Mason University.

Qalet ukoll li l-istudju wera li, dawk li kellhom it-tfal xjaħu ħafna aktar malajr minn dawk in-nisa li jpejpu jew dawk li jbatu mill-obeżità. It-tipjip ixejjaħ b’4 snin mentri min ibati mill-obeżità ġismu jixjieħ b’8 snin.

Prof. Pollack qalet ukoll li l-istudju sab ukoll li x-xjuħija fuq livell ċellulari fl-ommijiet jiżdied aktar kemm dawn ikollhom tfal.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-personalità li għandu miljuni ta’ segwaċi fuq is-siti soċjali Nas Daily jidher li se jkun Malta mill-ġdid f’Jannar li ġej. Dan hekk kif qed jippjana li jiffilmja l-1,000 vidjo u…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Ħadd ma jaf x’jismu. Kulħadd bħala “l-għaġeb” jafu. Miskin, setgħu sabulu laqam aħjar, imma dal-laqam weħel miegħu u m’hemmx li jitilqu. Kull sena…

Barranin

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja qed jappella lit-tobba madwar il-pajjiż biex jiktbu r-riċetti b’mod li jkunu jistgħu jinqraw bla problemi. Dan hekk kif kien ikkalkulat li madwar 4.7% tal-iżbalji mediċi huma t-tort…

Kurżitajiet

Il-Bambin Ġesù fil-maxtura huwa ċ-ċentru tan-Natività iżda tradizzjoni Spanjola donnha qiegħda tisraqlu x-xena hekk kif ħadet l-għeruq fil-Presepju Malti. F’Katalonja, dawk dilettanti tal-presepji żgur mhux forsi ma jarmawhx mingħajr dan…

Aktar