Politika
Li kien għall-PN ma kinux isiru l-elezzjonijiet f’diversi lokalitajiet – il-PL, jirreaġixxi l-PN

L-għada li għalqu n-nomini tal-kandidati għall-elezzjonijiet lokali, il-Partit Laburista qal li kien għall-Partit Nazzjonalista l-elezzjonijiet ma kienux isiru f’diversi lokalitajiet u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar kandidati biex l-elettorat ikollu l-opportunità jeżerċita d-dritt tal-vot.

F’konfeneza tal-aħbarijiet miż-żewġ Deputati Mexxejja Chris Fearne u Chris Cardona flimkien mal-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qalu li kien hemm manuvra mill-Partit Nazzjonalista biex tiġi evitat l-elezzjoni f’21 lokalità.

Il-Ministru Fearne spjega li l-Partit Nazzjonalista f’diversi lokalitajiet ippreżenta numru ta’ kandidati daqs jew anqas milli għandu kunsilliera attwalment. Il-Ministru Cardona, qal li s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista wasslet biex in-nies tagħhom stess mhux jemmnu fil-partit tagħhom. Semma kif anke żewġ Sindki f’Għawdex, tal-Għarb u ż-Żebbuġ, għażlu li jikkontesaw bħala Indipendenti.

Il-Perit Micallef qal li minn dan joħroġ ċar li n-nies m’għadhomx jaraw lill-Partit Nazzjonalisa bħala s-soluzzjoni fil-lokalità tagħhom tant li mhux isib kandidati biex jikkontesta f’ismu. Huwa nnota kif il-Partit Laburista għandu numru rekord ta’ kandidati, kawżi 100 kandidat iktar mill-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista wieġeb li fl-elezzjonijiet li ġejjin għandu 100 kandidat aktar milli għandu kunsillieri bħalissa. Fi stqarrija ffirmat mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, il-kelliem għall-kunsilli Robert Cutajar u mill-kordinatur għall-kunsilli Charles Bonello ntqal li huwa l-Partit Laburista li mhux demokratiku għax ħassar 16-il elezzjoni lokali tal-kumitati amminsitrattivi tal-irħajjel u b’hekk ċaħad il-vot lil eluf ta’ votanti. Il-Partit Nazzjonalista qal li bl-istess argument tal-Partit Laburista, jista’ jingħad li huwa ma ħariġx kandidati f’xi lokalitajiet li fihom l-elezzjoni ser issir għax hemm biżżejjed kandidati Nazzjonalisti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Għaqda Inħobbu l-Gżira, li hija vuċi kontra l-iżvilupp fuq Manoel Island, qalet li minkejja l-petizzjoni li ressqet quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet bi 8,487 firma, din għadha ma ġietx diskussa fil-Parlament. Fi stqarrija qalet…

Lokali

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett. Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Aktar