Partit Nazzjonalista
“Li persuna jkollha saqaf fuq rasha huwa dritt fundamentali” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li għall-Partit Nazzjonalista l-fatt li persuna jkollha saqaf fuq rasha huwa dritt fundamentali li mill-gvern jiggarantih u jagħmlu prijorità.

F’attività politika f’San Ġwann Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ilu x-xhur jitkellem dwar l-akkomodazzjoni soċjali li sejħilha bħala problema akuta li ħoloqha l-Gvern stess u li se tkompli tikber bil-politika li għażel.

Qal li statistika turi li r-rata li biha qed tikber il-popolazzjoni hija ta’ 8.2%. Żied li dan qiegħed iseħħ mhux għax qed jitwieldu aktar trabi, imma għax il-pajjiż qed iġib eluf ta’ ħaddiema barranin f’Malta.

Dr Delia kkritika lill-gvern għax qal li din il-ġimgħa għamel ħafna dikjarazzjonijiet fosthom li l-pensjonijiet huma f’periklu jekk ma jiġux aktar barranin u li l-pagi mhux se jogħlew. Hu stmat li fil-ħames snin li ġejjin il-ħaddiema barranini se jiżdiedu b’60,000 u x’imkien dawn iridu joqgħodu.

Il-Kap Nazzjonalista qal li din il-ġimgħa żar San Pawl il-Baħar u ra li l-iskola għandha 12-il klassi b’110 student u studenta li qed jitgħallmu fil-containers għax l-iskola tal-Qawra minkejja li ilha tlett snin imwiegħda għadha mhix lesta. Żied jgħid li l-Prim Ministru ġġustifika dan billi qal li l-containers huma isbaħ mill-klassijiet infushom.

Dr Delia qal li l-Gvern qed jammetti li falla, li m’għandux soluzzjoni u li l-problema se tkompli tikber. Żied li l-Oppożizzjoni qed tirrikonoxxi l-falliment tal-Gvern f’kull settur u mhix tikritika biss imma qed tuża ż-żmien fl-Oppożizzjoni bilgħaqal u qed taħdem fuq soluzzjonijiet li jaħdmu għal pajjiż żgħir b’art limitata.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Saħnu l-irjus fix-Xlendi, f’Għawdex wara li turist ħebb għal xufier ta’ double-decker. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-16:00 waqt l-attività tradizzjonali tal-ġosta li sseħħ ta’ kull sena fil-bajja. Mhux magħruf għala t-turist…

Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Aktar