Ikel
Li persuni vulnerabbli ma jifilħux iħallsu għal ikel bnin hija inġustizzja – il-President

L-importanza ta’ ikel nutrittiv għas-saħħa ġie enfasizzat f’konferenza nazzjonali organizzata mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tal-Ikel. Il-President Marie-Louise Coliero Preca waqt li tenniet li l-ikel hu dritt bażiku għal kulħadd, stqarret li hija inġustizzja li l-aktar persuni vulnerabbli ma jifilħux iħallsu għall-ikel tajjeb li għandhom bżonn.

Id-dritt għall-ikel li huwa tajjeb għas-saħħa; privileġġi u s-sigurtà. Dawn kienu wħud mill-punti li tqajjmu waqt konferenza fil-Jum Dinji tal-Ikel li saret taħt l-awspiċi tal-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-soċjetà. Diversi kelliema esperti tkellmu dwar ir-rabta bejn l-ikel u s-saħħa.

Fil-ftuħ tal-konferenza l-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li huwa inġust li gruppi vulnerabbli ma jistgħux isostnu lilhom infushom b’ikel nutrittiv bħall-laħam, ħaxix, frott u ħut minħabba l-prezz tiegħu. Il-President qalet li Malta għandha l-ogħla rata ta’ obeżità fl-Ewropa u li nofs l-imwiet huma konnessi mal-mard tal-qalb li kaġun ewlieni tiegħu hija l-obeżità. Hija qalet ukoll li kwalunkwe konversazzjoni dwar id-drittijiet ta’ l-ikel għandha tindirizza wkoll il-faqar, il-bidla fil-klima u l-immigrazzjoni sfurzata.

Dr Matthew Camilleri mill-organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Maqgħuda għall-ikel u l-biedja fisser li hemm fatturi li jikkontribwixxu biex ċerti prodotti jkunu aktar għoljin. Semma fosthom l-ispejjeż eżorbitanti għas-sajda u biex il-ħut jinżamm tajjeb għall-konsumatur. Qal madankollu li hemm mezzi li jistgħu jwasslu biex ikun hemm iktar sostenibbiltà fis-sajd.

Il-Kap tad-Dipartiment tas-Sajd FAO UN, Matthew Camilleri, qal ”li huwa importanti meta qed nitkellmu fuq fisheries management hu li ma niffokawx biss fuq ir-regolamenti tas-sajd jew fuq il-liġijiet u l-enforcement u l-kontroll imma hemm bżonn li fil-policy ta’ kull pajjiż ikun hemm l-aspett soċjoekonomiku biex il-ħut ikun aċċessibbli għal kulħadd għall-ġid tas-saħħa tagħhom.”

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-Maltin jieklu l-iktar il-ħobż u ċ-ċereali, segwiti minn laħam, tiġieġ u ikel ħelu.

TVM staqsa lill-Professur Suzanne Piscopo miċ-ċentru nazzjonali ddedikat għar-riċerka dwar il-familja jekk hemmx mezzi li jistgħu jissuperaw il-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-finanzi disponnibbli għall-familja.

Il-Professur Suzanne Piscopo qalet ”importanti ħafna li tixtri frott u ħaxix li jkun fl-istaġun, għax hemmhekk se jkun orħos żgur… u jekk tista’ skont id -dħul tiegħek taffordja li tixtri naqra iktar meta jkun bl-irħis, titgħallem kif għandek taħżnu.”

Rapport tal-FAO jistma li fl-2017 wieħed minn kull disa’ persuni jew 821 miljun persuna fid-dinja jbatu minn malnutrizzjoni b’kuntrast ma’ 672 miljun persuna li għandhom problema ta’ obesità.

 

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Tfal

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li l-Gvern se jressaq emendi fil-liġi tal-addozzjonijiet biex it-tfal addottati jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament meta jiġu addottati minn koppji Maltin. Waqt li indirizza l-ewwel konferenza…

Infrastruttura

Fid-dawl tal-inċident li seħħ jumejn ilu f’Gwardamangia, fejn waqgħet blokka appartamenti u ċediet ukoll dar, il-ġeoloġista Dr Peter Gatt qal li l-bini f’Malta se jibqa’ jitfarrak u jiġġarraf. Dr Gatt…

Aktar