Qorti
Liam Debono jingħata l-ħelsien mill-arrest

Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri, ngħata l-ħelsien mill-arrest illum.

Id-difiża saħqet illi l-imputat għadu meqjus innoċenti. Hija qalet li skont xhud pajżan li kien preżenti, kien il-kuntistabbli li mexa quddiem il-karozza meta din kienet miexja.

Żiedet tgħid li Debono kellu trobbija diffiċli, iżda missieru dejjem appoġġjah, kien dejjem preżenti għas-seduti, u kien lest iżommu miegħu.

Dr Philip Galea Farrugia, għan-nom tal-Avukat Ġenerali, għamel referenza għall-karattru ta’ Debono u qal li dan m’għandux rispett lejn l-awtorità. Id-difiża rribattiet li Debono kien qal li huwa ddispjaċut għal li ġara meta l-Kuntistabbli Schembri kien fl-awla.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000.

Huwa jrid ukoll jiffirma l-għassa taż-Żejtun kull nhar ta’ Sibt, filwaqt li ma jistax joħroġ barra bejn id-9.00pm u s-6.00pm.

Għal Debono qed jidhru l-avukati Frando Debono u Amadeus Cachia.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar