Kronaka
Liam Debono fuq probation għal 3 snin, €5,000 multa u liċenzja sospiża għal 5 snin

Liam Debono, wieġeb ħati għal-lista aġġornata ta’ akkużi kontrih dwar kompliċità f’serq ta’ żewġ vetturi u mutur u sewqan bla liċenzja. Huwa skuża ruħu ma’ erba’ persuni anzjani li ħafrulu u ddikjaraw li m’għandhomx interess f’azzjoni kriminali.

Liam Debono tkellem dwar l-involviment kollu tiegħu f’dawn il-każijiet u ammetta li kien saqhom u kkollabora ħafna mal-pulizija f’dawn ir-reati.

L-Avukat difensur  Franco Debono qal lill-Qorti li Liam irid jibda ħajja ġdida fejn ammetta kollox fl-aktar stadju bikri u kkopera mal-Pulizija. Liam Debono li skuża ruħu mal-vittmi talab li ma jkollux piena karċerarja iżda piena li tgħinu jirriabilita ruħu.

Il-Maġistrat Joe Mifsud sabu ħati tal-akkużi kontrih. Debono li, ammetta mill-ewwel, u wettaq il-każijiet ta’ serq meta kellu inqas minn 18-il sena, ingħata probation għal 3 snin, €5,000 multa li jrid iħallasha fi żmien 3 snin, u sospensjoni tal-liċenzja għal 5 snin mil-lum.

Dan is-smigħ ma għandu l-ebda rbit mal-akkużi miġjuba kontra Debono dwar il-każ tal-Kunstistabbli Simon Schembri li dwaru għaddejjin proċeduri separati.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Teknika partikolari u pjuttost unika waslet biex l-artist Corrado Iozia joħloq diversi kwadri li mhux biss ipaxxu l-għajn iżda anke li jibagħtu messaġġ soċjali. Il-wirja tinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta. Corrado…

Kronaka

Raġel ta’ 58 sena sofra ġrieħi gravi wara li tard ilbieraħ kien involut f’argument fix-Xagħra, Għawdex. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-28 t’April 1688 għall-ħabta tal-10.50pm. Il-Pulizija qalet li…

Immigrazzjoni

Il-bastiment Aquarius, li kien qed jopera fl-ibħra ċentrali tal-Mediterran biex jittrasporta u jeħles immmigranti li kienu qed jippruvaw jaqsmu illegalemnt mil-Libja lejn l-Italja, kellu r-reġistrazzjoni tiegħu revokata. Il-vapur, li huwa…

Ġurnali

Nagħtu ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali llum it-Tnejn 24 ta’ Settembru 2018: L-Orizzont Aktar kumpaniji barranin lesti li jinvestu f’Malta: Hekk jisħaq il-prim ministru meta kien qed jitkellem dwar Brexit. Storja…

Aktar