Kronaka
Liam Debono nstab pożittiv għad-droga kannabis f’April li għadda

Missier Liam Debono għażel li ma jixhidx kontra ibnu meta fil-Qorti kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-adoloxxenti ta’ 18-il sena li lejliet l-elezzjoni nqabad f’Ħal Luqa jsuq vettura mingħajr liċenzja u mingħajr polza tal-assigurazzjoni.

Liam Debono jinsab mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mogħtija mill-Qorti fil-każ kontrih li fih jinsab mixli fost oħrajn bl-attentat tal-qtil tas-Surġent Simon Schembri.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, xehed fost oħrajn probation officer li qal li Debono irriżulta pożittiv għad-droga kannabis f’April li għadda. Xehed Jason Zammit li kien fil-karozza ma’ Debono meta nqabad u xehdet ukoll it-tifla ta’ Zammit, Kristie.

Hija qalet li għandha żewġ karozzi, waħda bil-ħsara u l-oħra li xtrat mingħand missierha, li għadha fuq isem xi ħadd ieħor. Qalet li meta l-karozzi jkunu fil-garaxx ta’ missierha ċerta li l-karozzi kienu jibqgħu fil-garaxx, għax hi għandha ċ-ċwievet tal-karozzi. Hija qalet li ma tafx jekk missierha għamilx kopja taċ-ċwievet.

Jason Zammit qal li meta waslu l-pulizija, hu kien fuq in-naħa tax-xufier iżda ma qalx x’ġara qabel. Qal li Liam Debono qatt ma saq il-karozzi fit-triq ħlief forsi meta ġieli kienu qed jaħslu l-karozza. Huwa qal ukoll li ġieli saq il-karozzi ta’ meta kellu jdaħħal karozza u joħroġ oħra mill-garaxx iżda l-Maġistrat staqsa kif jista’ jkun dan, meta bintu kienet għadha kif xehdet li hi biss kellha ċ-ċwievet.

Fi tmiem is-seduta l-Prosekuzzjoni u d-difiża ddikjaraw li l-provi tagħhom huma magħluqa u l-Qorti aġġornat għas-sentenza għall-21 ta’ dan ix-xahar.

L-Avukat tal-Għajnuna Legali kien Dr Victor Bugeja.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Hekk kif ilbieraħ il-Malta Aviation Society ħabbret li s-sena d-dieħla l-airshow mhux se tkun tista’ ssir, bosta dilettanti tal-avjazzjoni b’nostalġja qed ixerrdu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ispettakli tas-snin…

Kisbiet

Riċerkaturi Maltin jistgħu jibbenefikaw minn boroż ta’ studju offruti mill-gvern biex iwettqu r-riċerka ta’ dottorat u post-dottorat fil-European University Institute f’Firenze. Ftit tal-jiem ilu, Matthias Ebejer beda l-istudji tiegħu għad-dottorat….

Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Aktar