Liam Gallagher u l-BBC Concert Orchestra b’kunċerti f’Malta

Il-kunċerti li se jsiru fis-17 u t-18 ta’ Lulju fuq il-Fosos tal-Floriana se jkunu organizzati mill-Awtorità tat-Turiżmu bis-sehem tal-BBC Concert Orchestra u Liam Gallagher, l-ex kantant tal-Grupp Oasis.

Il-producer eżekuttiv ta’ BBC Radio2, Anthony Cherry, qal l-orkestra tal-BBC ilha mwaqqfa sittin sena u s-sittin mużiċist professjonali jikkontribwixxu għall-kunċert ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, Friday’s Night Music Night. Il-kunċert ta’ Malta se jixxandar fuq BBC 2 fl-aħħar ta’ Settembru, bis-semmiegħa tal-istazzjon ilaħħqu l-15-il miljun ruħ.

Cherry qal li l-kunċert, Lights Camera Malta, se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu minn barra r-Renju Unit, u se jsir bis-sehem ta’ kantanti rinomati Ingliżi. Qal li l-kunċert se jkun jinkludi siltiet mużikali popolari li għandhom rabta mad-dinja ċinematika u films li inħadmu fil-gżejjer Maltin.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-għada, se jsir kunċert ieħor fuq il-Fosos bis-sehem tal-ex membru tal-band Oasis, Liam Gallagher. Qal li ż-żewġ kunċerti se jkunu miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar