Qorti
Liberat wara li kien akkużat li hedded u żamm persuna kontra l-volontà tagħha

Raġel ta’ 28 sena mix-Xagħra tressaq il-Qorti akkużat li f’diversi ġranet bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2019, f’diversi postijiet ġewwa l-gżira t’Għawdex, hedded, żamm persuna kontra l-volontà tagħha, u kiser il-paċi pubblika.

Ir-raġel kien akkużat ukoll li saq vettura b’manjiera traskurata u perikoluża, eċċeda l-limiti tal-veloċità mingħajr ma kellu liċenzja tas-sewqan u polza t’assigurazzjoni u kif ukoll volontarjament għamel ħsara fuq vettura oħra, fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, u ngħata l-libertà fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li jiffirma l-Għassa kuljum u jiddepożita s-somma ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,500. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiter

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Opra “L’ Impresario”, li ser issir fit-teatru Manoel bħala parti mill-festival Żigużajg, għalkemm ma nkitbitx għat-tfal, għandha tagħti doża ta’ komiċità u allegrija waqt li tkompli tgħolli l-livell kulturali tal-festival….

Kurżitajiet

Attent jekk se tkun fl-inħawi ta’ Ħal Qormi hekk kif jixhed il-filmat, ħarbet baqra. Il-baqra, qisu xejn mhu xejn, intlemħet miexja biswit triq traffikuża fil-lokalità. Qormi Harbet baqra, Qormi Gepostet…

Tfal

Fuq in-noti tal-kanzunetta Circle of Life mill-film Lion King u siltiet oħrajn, grupp ta’ studenti tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar u tal-Iskola Sekondarja tal-Verdala fakkru l-Jum Dinji għat-Tfal li ġie ċċelebrat…

Aktar