Qorti
Libertà proviżorja għar-raġel akkużat li għex minn fuq il-prostituzzjoni

Sid ta’ tliet ħwienet tal-massage, Fayton Falzon ta’ 30 sena minn tal-Pietà, illum ġie akkużat li għex minn fuq nisa barranin li ħaddem għall-prostituzzjoni u li mexxa burdell. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit erba’ nisa barranin – tliet Ukreni u oħra mill-Moldova kkonfermaw li huma kienu jaħdmu għal Falzon fi tliet ħwienet li għandu f’Santa Venera, f’Tal-Pietà u f’Birkirkara.

Fil-preżenza ta’ Falzon fl-iżbarra, huma taw id-dettalji ta’ kif l-akkużat kien iżomm rendikont ta’ ħidmithom, anke permezz ta’ kameras tas-sigurtà li kellu fil-ħwienet biex ikun jaf min dieħel u min ħiereġ mill-ħwienet tiegħu. Huma qalu li l-klijenti kienu jiġu kemm għall-massage u anke għal servizzi sesswali. In-nisa li l-età tagħhom tvarja bejn is-26 u l-41 sena kkonfermaw li kien ikollhom sat-12 u 14-il klijent kuljum kull wieħed. Huma qalu li Falzon kien jiġi għalihom kull filgħodu biex jeħodhom għax-xogħol u jerġa jħodhom lura d-dar filgħaxija. Il-Qorti semgħet kif kull klijent kien mitlub iħallas €50, b’nofshom iżommhom l-akkużat Fayton Falzon

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat il-libertà proviżorja lil Fayton Falzon fuq depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €10,000, bil-Qorti tordnalu li ma jistax iħalli l-pajjiż u biex jiffirma l-għassa tal-pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa. Il-Qorti ordnatlu wkoll ma jersaqx lejn il-persuni li għad iridu jixhdu.

Ara wkoll:

4 nisa se jiġu deportati wara li nstabu ħatja b’burdell

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-Bidnija nġabret folla nies biex tfakkar il-qtil tal-ġurnalista  Daphne Caruana Galizia, li seħħ bħal-lum sena.   Dawk preżenti poġġew fjuri u xemgħat fl-għalqa fejn spiċċat il-karozza li fiha nqatlet Caruana Galizia….

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia poġġa kuruna tal-fjuri ma’ oħrajn faċċata tal-bini tal-qorti b’tifkira tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-ġurnalista nqatlet fil-Bidnija bħal-lum sena. Il-PN qal li l-poplu għadu qed jistenna li…

Qorti

Raġel ta’ 29 sena qed jinżamm arrestat wara li allegatament sawwat u hedded lis-sieħba tiegħu. Dorde Markovic, xufier tat-taxi mwieled is-Serbja iżda residenti s-Swieqi qed jinżamm taħt arrest wara li…

Kronaka

Żewġ persuni li kienu qed isuqu mutur ittieħdu l-isptar wara impatt bejn il-mutur u trakk tal-ġebel. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 fi Triq Ħal Farruġ viċin il-kumpanija tal-Lufthansa Teknik. Ir-raġel li…

Aktar