Qorti
Libertà proviżorja wara li ġie akkużat li tajjar mara

Għawdxi ta’ 61 sena minn Għajnsielem ingħata l-libertà proviżorja wara li ġie akkużat li tajjar mara, kaxkarha taħt il-karozza u baqa’ sejjer.

Il-mara spiċċat minxura fl-art u kellha tittieħed l-isptar għall-kura fejn ġarbet ġrieħi serji li minħabba fihom spiċċat fil-periklu tal-mewt.

Mario Muscat ġie arrestat Għawdex wara li l-pulizija fliet kameras tas-sigurtà li hemm fi Triq Rue D’argens il-Gzira fejn seħħ l-inċident jumejn ilu kmieni waranofsinhar.

Muscat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża tgħid li dan kien inċident sfortunat wara li Muscat, li jibni d-dghajjes, kien għadu kemm spiċċa ħurnata xogħol bix-xift ta’ billejl u kien sejjer lura d-dar. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depoħitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ tliet elef ewro.