Storja
Libes liżar u qal li hu Ġesù biex jgħadduh b’miġnun u jitlaq mill-flotta rjali

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku u lill-veterani tal-flotta rjali Ingliża biex il-Ġimgħa li ġej jattendu għall-attività msejħa ‘memory box’ fl-istess forti li l-Ingliżi kienu iqisuh daqs li kien bastiment fil-Port il-Kbir.

Elaine Zerafa u Charlie Galea huma fost aktar minn tliet mitt veteran tal-flotta rjali li għadhom ħajjin u li f’xi perjodu bejn l-1906 u l-1979 ħadmu fil-bażi tal-flotta fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu.

Kif iltqajna magħhom fl-istess forti, bdew jirrakkuntaw uħud mill-esperjenzi li jiftakru, fosthom ta’ baħri li biex jitlaq mis-servizz militari mingħajr ma jħallas kien mar mill-isptar f’Bighi għal Forti Sant’Anġlu liebes biss liżar abjad, għax ipprova jbellagħha lill-psikjatra tal-flotta li kellu problemi ta’ saħħa mentali.

“He insisted on walking around and talking to the birds, the trees and the plants, and told us he was Jesus, and we had to do lots of psychiatric tests and we realised in the end that he was actually working his ticket, so I’m afraid the sheet disappeared, he was back in uniform and was sent back to his ship,” qalet Elaine Zerafa.

F’Marzu li għadda f’għeluq l-40 anniversarju mit-tluq tal-forzi militari Ingliżi minn Malta, Heritage Malta tellgħet wirja interattiva msejħa ‘Behind Closed Doors’ f’Sant’Anġlu li fiha ġew intervistati 21 veteran tal-flotta rjali li qasmu l-memorji, rakkonti u kurżitajiet.

“Id-dispjaċir hu li ma tantx għadek issib koperazzjoni min-nies xjuħ bħalna għax l-istorja hi sabiħa għax anke tfal tagħna u tfal tat-tfal tagħna jiġu u jaraw x’kien isir u ma jsirx,” qal Charlie Galea.

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija Heritage Malta qed terġa’ tistieden lill-veterani tal-flotta Ingliza biex jiltaqgħu fil-Forti Sant’Anġlu u jekk iridu jirrekordjaw intervista qasira dwar il-memorji tagħhom, kif spjegalna l-kuratur ta’ Sant Anġlu Matthew Balzan.

“Ħa jkollna recording spots apposta biex il-legat tagħhom jew tal-qraba li ħadmu hawn ma jintilfx, dakinhar qed nappellaw ukoll biex jekk hemm min xi informazzjoni, ritratti jew oġġetti li jrid juruhomlna jew saħansitra jtuhomlna bħala donazzjoni, dakinhar huwa l-mument opportun li xi ħadd jista’ jagħmel dan, biex inkabbru l-kollezzjoni nazzjonali imma aktar minn hekk inżommu l-istorja ta’ dan il-post ħajja,” qal il-kuratur Balzan.

Fl-istess attività l-pubbliku se jkollu l-opportunità jiddiskuti mal-veterani u jżur il-wirja li tinkludi aktar minn 50 oġġett bħal uniformijiet u dokumenti navali li huma parti mill-kollezzjoni nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar