Libjan akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ tfajla f’San Ġiljan

Libjan ta’ 31 sena tressaq il-Qorti akkużat li darab serjament b’sikkina f’għonqha tfajla minn Marsaxlokk wara li pprova jisraqha f’San Ġiljan x-xahar li għadda. Rawad Briga Abdelsalam li joqgħod Ħal Tarxien, tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia akkużat b’attentat ta’ qtil fuq it-tfajla ta’ 25 sena. L-attakk seħħ fi Sqaq Lourdes f’San Ġiljan fit-28 ta’ Awwissu.

L-akkużat allegatament avviċina lill-vittma u lil ħabibtha, mara ta’ 33 mill-Polonja u pprova jisirqilhom il-handbags. Jidher li n-nisa pprovaw iwaqqfuh u kien hawn li ħareġ sikkina u attakka lit-tfajla qabel ma ħatfilha l-handbag u ħarab. It-tfajla ddaħħlet l-isptar f’qagħda kritika.

Il-Libjan kien akkużat li darab serjament lit-tfajla u li kkawżalha ġrieħi permanenti kif ukoll li serqilha l-handbag li kien fih mobile u €20. Huwa kien akkużat ukoll li kien riċediv, li kien qed iġorr arma meta kkommetta r-reat u li kiser il-paċi pubblika.

L-avukata Fransina Abela talbet lill-Qorti tapponta psikjatra biex tevalwa lill-imputat, iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan, bl-Ispettur Saviour Baldacchino spjega li l-akkużat kien diġa’ qed jinżamm il-ħabs għal reati oħra u li f’ebda punt ma kien allegat li kien isofri minn problemi psikjatriċi. L-avukat Abela qalet li fir-rapport tiegħu l-akkużat kien iddikjara li kien xorob flixkun vodka u ħa anki xi pirmli qabel ma kkommetta r-reat. Il-Qorti appontat psikjatra biex jeżamina lill-akkużat, u wissietu li se jkun qed iħallas tal-ispejjeż jekk mill-eżami ma joħroġ xejn. Il-Libjan baqa’ jinżamm arrestat.

Ara wkoll: http://www.tvm.com.mt/mt/news/tfajla-tindarab-gravi-bdaqqiet-ta-sikkina-wara-li-sfat-misruqa-fsan-giljan/

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar