Qorti
Akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Libjan ġie akkużat li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.

Ans Algheziwim, li jaħdem bħala bennej, wieġeb mhux ħati li kien fi Triq Testaferrata l-Ġżira, meta sippost kien qiegħed id-dar skont l-ordni tal-Qorti, u li ġarr sikkina.

Id-difiża qalet li minn Marzu sal-lum kien darba biss li nstab barra fil-ħin impost fuqu mill-Qorti li jkun ġewwa.

Il-prosekuzzjoni qalet li meta bniedem jingħata l-ħelsien mill-arrest, irid joqgħod għall-kundizzjonijiet imposti fuqu. Il-Maġistrat Grima ordnat li jinżamm arrestat.