Parlament
Librerija u post għall-arkivji ġdid taħt il-Parlament

Dak li fis-seklu dsatax kienet il-mina minn fejn tgħaddi l-ferrovija fil-Belt Valletta, sa tmiem din is-sena, il-binja taħt il-Parlament se tinbidel f’librerija u arkivji pubbliċi. L-ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-proġett huwa importanti ħafna għall-ħidma tal-parlament bil-pubbliku se jkollu iktar aċċess għall-informazzjoni tal-istorja tal-parlament. Ix-xogħol qed jitmexxa mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir b’investiment ta’ €2.5 miljun.

Il-mina li hemm taħt il-binja tal-Parlament, fid-daħla tal-kapitali, minn fejn kienet titlaq il-ferrovija mill-Belt Valletta għar-Rabat sofriet ħsarat kbar fit-tieni gwerra dinjija. Mija u erbgħin sena wara, beda jsir ix-xogħol ta’ restawr mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, biex issa l-post tat-tluq tal-vapur tal-art, kif kienet magħrufa aktar, se tinbidel f’librerija pubblika u arkivji għall-Parlament.

B’hekk, il-Parlament se jkollu post adegwat fejn jinżammu d-dokumenti li jmorru lura sas-seklu ħmistax u anki oħrajn relatati mal-ħidma parlamentari li bdiet kważi mitt sena ilu. L-Ispeaker Dr Anglu Farrugia qal li l-proġett se jitlesta fi tmiem din is-sena u jkun minjiera ta’ nformazzjoni għall-pubbliku u r-riċerkaturi dwar ix-xogħol tal-parlament Malti. “Area li ma kinitx aċċessibbli għall-pubbliku, b’liberija tal-parlament, arkivji tal-parlmaent li jmorru lura għall-ewwel assembela parlamentari wara l-irveillijeit tas-Sette Giugno”.

Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg Il-Ministru qal li bħalissa l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għaddejja b’konsultazzjonijiet ma’ diversi entitajiet għaliex għandha pjan ta’ kif tista’ ddaħħal sistema ta’ trasport aċċessibbli għall-Belt Valletta stess.”Rapport interessanti mill-GHRC jista’ jiġi żviluppat biex fil-kapitali ngawdu t-toroq u l-binijet, u t-trasport jibqa’ importanti għall-aċċessibilità.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Gino Cauchi qal lil TVM li x-xogħol li beda daqs sena ilu sar taħt il-ħarsien tas-Sovratendenza tal-Patrimonju Nazzjonali, u minħabba li l-bini huwa storiku ebda struttura ma tmiss mal-ħitan u x-xogħol sar bl-idejn biex ikun żgurat li ma ssir ebda ħsara.

Mina sekondarja li kienet tintuża bħala passaġġ taħt l-art għal Pjazza Ħelsien se tintuża bħala spazju għall-ħażna. Il-proġett juża wkoll elementi ta’ sound proofing u jinkludi aspetti estetiċi. Fost affarijiet oħra, fl-art se jintuża żonqor u polished concrete bi żrar partikolari kif kien hemm fl-era tal-ferrovija, filwaqt li s-sular ta’ fuq se jkun aċċessibbli kemm bit-taraġ kif ukoll bil-lift.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar