Barranin, Kurżitajiet
Libsuhom fit-tieġ irjali u se jagħtuhom għall-karità

David u Victoria Beckham taw il-ħwejjeġ li libsu fit-tieġ irjali tal-Prinċep Harry u Meghan biex jinġabru l-flus għall-vittmi tal-kunċert ta’ Manchester.

Il-koppja Beckham ħabbru din l-inizjattiva fuq Instagram bħala ġest ta’ solidarjetà mat-22 vittma li mietu fl-attakk li seħħ is-sena li għaddiet.

David u Victoria Beckham kienu fost il-mistednin tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex għat-tieġ li sar f’Windsor, Londra fid-19 ta’ Mejju li għadda.

Min huwa interessat jakkwista l-ħwejjeġ tal-koppja Beckham irid jidħol fi speċi ta’ lotterija u jixtri biljett ta’ £18 biċ-ċans li jirbaħ l-ilbies ta’ David, li kienet suit ta’ Dior bl-inizjali meħjutin fuq ġewwa tal-ġlekk u Victoria, li kellha libsa navy blue mill-kollezzjoni tagħha.

Il-koppja Beckham qalu li qed jappoġġjaw ix-xogħol inkredibbli li qed isir minn The We Love Manchester Emergency Fund u l-familji li ntlaqtu mill-attakk f’Manchester is-sena l-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kanċillier Angela Merkel qed tissogra l-pożizzjoni li ilha tokkupa għal dawn l-aħħar 13-il sena u l-futur tal-koalizzjoni tal-Gvern minħabba tilwima taħraq mal-Ministru tal-Intern u Mexxej tal-Partit Konservattiv tal-Bavarja, Horst Seehofer,…

Barranin

Fit-Turkija, instab ġeru bla saħħa bil-pali ta’ saqajh u denbu maqtugħin barra. Kien ilu jumejn hekk, isofri, qabel sabu xi ħadd b’qalbu tajba li ħadu għand veterinarju. Il-filmati grafiċi tal-ġeru…

Barranin

Żagħżugħ Awstrijakk kisser ġebla mill-Kolossew biex iżommha bħala tifkira.  Iżda l-ġest li għamel ma tantx baqa’ mistur għax malajr sab ma’ wiċċu lill-Pulizija Taljana. Waqt ronda fiż-żona tal-Anfiteatro Flavio u…

Barranin

Mijiet ta’ tfal qed jinżammu ġo gaġeġ fil-faċilitajiet mal-fruntiera tal-Istati Uniti. Tfal immigranti, li ġew mifruda minn mal-ġenituri tagħhom, qed jinżammu f’dak li ssejjaħ ħabs. Dan qaluh il-ġurnalisti li żaru…

Aktar