Lokali
Liċenzja lil Edison International għat-tiftix taż-żejt fil-baħar fit-Tramuntana ta’ Malta

Il-kumpanija għat-tiftix taż-żejt Edison International ngħatat liċenzja mill-Gvern Malti biex tfittex għaż-żejt f’medda ta’ 6,400 kilometru fil-baħar fit-Tramuntana ta’ Malta. Fi stqarrija l-gvern qal li l-liċenzja għal sena lil Edison International ingħatat ix-xahar li għadda.

Il-Gvern qal li l-liċenzja tista’ tiġi estiża għal sentejn oħra iżda fl-ewwel sena Edison International trid tagħmel studji ġeologiċi u ġeofiżiċi tad-data eżistenti.

Il-kumpanija għandha mad-disgħin liċenzja għat-tiftix taż-żejt f’ghaxar pajjizi fil-Mediterran u fit-tramuntana tal-Ewropa u bħalissa tipproduċi mal-erbgħin elf barmil taż-żejt kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar