Agrikultura
Liċenzji temporanji ta’ bejjiegħa tat-triq għal persuni li għandhom permess fis-suq tal-bdiewa

Jinħarġu regolamenti lid-detenturi b’permess tas-suq tal-bdiewa biex jingħataw liċenzja temporanja ta’ bejjiegħa tat-triq.

Dawn ir-regolamenti huma maħsuba biex jipprovdu l-possibbiltà lill-bdiewa li għandhom il-permess tas-suq tal-bdiewa li jbiegħu frott u ħaxix ikkultivati ​​fl-azjendi rreġistrati mad-Direttorat tal-Agrikoltura. Dan qed joħroġ fid-dawl tar-restrizzjonijiet imposti minn Avviż Legali nru 65 tal-2020, li jipprojbixxi l-organizzazzjoni ta’ swieq fil-beraħ, li affettwaw l-organizzazzjoni tas-suq tal-bdiewa.

F’dan il-perjodu kritiku li jirriżulta mill-kriżijiet ta’ COVID-19, il-Ministeri responsabbli għall-Agrikoltura, l-Ekonomija u s-Saħħa qed jaħdmu b’mod kollettiv biex jiżguraw provvista kostanti ta’ frott u ħaxix frisk. F’dan ir-rigward, detenturi tal-permessi tas-suq tal-bdiewa ser ikunu awtomatikament meqjusa li huma fil-pussess ta’ liċenza temporanja biex joperaw bħala bejjiegħa tat-triq biex ibiegħu prodotti agrikoli lokali, mingħajr il-bżonn li japplikaw u jassiguraw liċenzja ta’ bejjiegħa tat-triq kif meħtieġ skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 Regolamenti dwar Liċenzji ta’ Kummerċ. Din il-liċenzja temporanja għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet u l-pieni kollha relatati mal-bejjiegħa tat-triq kif applikabbli, ħlief għall-obbligu li japplika għal-liċenzja ta’ bejjiegħa tat-triq.

L-imsemmija liċenzja temporanja hija suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin;

  • il-persuna għandha tiżgura li tirreġistra l-imsemmija attività mal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà fl-Ikel;
  • persuna meqjusa li hija fil-pussess ta’ liċenzja temporanja biex topera bħala bejjiegħ tat-triq jista’ jkollha sostitut u sa żewġ assistenti, sakemm dawn ikunu ġew notifikati minn qabel lill-Amministrazzjoni tas-Suq tal-Bdiewa u jilbsu f’kull ħin il-badges ta’ identifikazzjoni provduti;
  • id-dokument tal-permess maħruġ mill-Amministrazzjoni tas-Suq tal-Bdiewa fir-rigward tal-posta fis-suq tal-bdiewa għandu jinżamm viżibbli b’mod ċar;
  • il-vettura m’għandhiex tkun ipparkjata mhux inqas minn 100 metru ‘l bogħod mid-daħla ta’ kwalunkwe post kummerċjali li ma jkunx magħluq u mill-inqas 100 metru ‘l bogħod minn bejjiegħ tat-triq liċenzjat ieħor;
  • irrispettivament mit-tip ta’ liċenzja, m’għandux ikun hemm aktar minn żewġ bejjiegħa tat-triq fl-istess ħin fiċ-ċirkonferenza ta’ tliet mitt metru; u
    bejjiegħ tat-triq jew persuna fil-pussess ta’ liċenzja temporanja bħala bejjiegħ tat-triq tista’ sservi klijent wieħed biss kull darba, u l-klijenti l-oħra jkollhom jibqgħu f’linja b’distanza ta’ metru minn xulxin.

Dawn il-liċenzji temporanji huma validi sa dak iż-żmien li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tiddetermina:

(a) li s-swieq jew swieq tal-bdiewa m’għandhomx jibqgħu magħluqa; jew

(b) li attività ta’ bejgħ fit-toroq, inkluż bejgħ fit-toroq għall-bejgħ ta’ ħaxix, għandha tieqaf; jew

(ċ) li l-persuni nfushom jaqgħu f’kategorija ta’ persuni li mhumiex permessi li jkunu barra.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista ippreżenta tmien proposti bħala parti minn patt soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-Covid-19 fuq il-familji. Il-viċi Kap tal-partit għall-affarijiet tal-parlament, David Aguis ippropona għajnuniet għall-persuni vulnerabbli biex ikollhom impjiegi…

COVID-19

Iż-żamma tad-distanza soċjali, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri huma l-miżuri ewlenin ta’ prekawzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li jridu jkomplu jiġu segwiti anke meta nhar il-Ġimgħa jispiċċaw bosta restrizzjonijiet. Il-Ministeru tas-Saħħa qal…

Infrastruttura

Infrastructure Malta rċeviet sitt offerti għall-ewwel fażi tal-proġett biex twassal sal-mollijiet fil-Port il-Kbir biżżejjed provista tal-elettriku biex cruise-liners u vapuri oħra jkunu jistgħu jitfu l-magni meta jkunu sorguti mal-mollijiet. L-attivita’…

Aktar