Ambjent
Lidl mhux se tibqa’ tbigħ prodotti tal-plastik li jintremew

Lidl Malta qed tipprova tneħħi affarijiet tal-plastik li jintremew wara l-użu minn fuq l-ixkafef. Dan se tagħmlu billi sal-aħħar tas-sena d-dieħla ma tbigħx plastik li jintrema bħal tazzi, platti u pożati mill-ħwienet tagħha f’Malta.

Fi stqarrija Lidl Malta qalet li dawn il-prodotti se jkunu mibdula ma’ prodotti alternattivi riċiklabbli li l-Kumpanija qed taħdem fuqhom bħalissa. Spjegat ukoll li se tneħħi u tibdel il-pożati u l-istraws tal-plastik fil-“convenience and beverage sector”.

Hija qed tippjana li tbigħ dawk il-kwantitajiet li diġà nxtraw u wara taqleb għall-prodotti alternattivi.

Id-Direttur Reġjonali ta’ Lidl Malta, Mark Farrugia qal li l-kumpanija qed taddotta strateġija ċara biex tnaqqas l-użu tal-plastik, li hi: evita – naqqas – irriċikla.

Din l-azzjoni hija parti minn strateġija ikbar biex jitnaqqas l-użu tal-plastik b’20 fil-mija sal-aħħar tal-2025.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar skedat fl-ewwel grad Villa Barbaro f’Ħal Tarxien, waħda mill-iktar binjiet antiki fil-pajjiż, biex tingħata iktar protezzjoni. Dan l-iskedar sar b’kollaborazzjoni mas-Supretendent tal-Wirt Kulturali li estenda iktar propjetajiet għall-iskedar…

Aktar