Lokali
Lidl se jiftaħ ċentru reġjonali f’Malta – se jżid l-impjiegi b’120

Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona ħabbar li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks għadhom kif laħqu ftehim mal-LIDL biex jistabilixxu Ċentru Reġjonali għad-Distribuzzjoni f’Malta.

F’sessjoni oħra minn Gvern li Jisma’, il-Ministru Cardona qal li dan l-investiment ser joħloq iktar minn 120 impjieg ġdid.

Il-Ministru tal-Ekonimija qal li l-benefiċċji ta’ dan iċ-ċentru mhumiex limitati għal impjiegi biss iżda mistenni jħalli effett fuq l-esportazzjoni.

Spjega li fi żmien 3 snin il-kumpanija LIDL ser iżżid minn 3 miljun għal €22 miljun ewro l-ammont ta’ prodotti manifatturati lokalment, li fil-maġġoranza tagħhom se jmorru għal esportazzjoni.

Il-Ministru qal li l-kumpanija se tmur għand kumpaniji oħra f’Malta li jimmanifatturaw il-prodotti, tixtri mingħandhom u wara t’espartahom f’diversi destinazzjonijiet.

Huwa qal li dan huwa eżempju klassiku tal-potenzjal kbir li għandu pajjiżna fis-settur tal-loġistika u jawgura tajjeb biex aktar kumpaniji ta’ reputazzjoni internazzjonali bħal LIDL jistabilixxu operat simili fostna.

Huwa qal li mill-bidu tal-2016 sal-lum, kienu approvati 20 proġett b’investiment barrani u li mistennija joħolqu mal-1,100 impjieg ġdid.

Dr Cardona qal li l-investiment proġettat minn dawn il-proġetti jammonta għal iktar minn €163 miljun.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Ekonomija Diġitali, Manuel Mallia qal li qed tkun esplorata l-possibilita’ ta’ twaqqif ta’ akkademija Ewropea biex aktar studenti jimirħu fis-settur tal-gaming.

Il-Ministru Mallia qal li hemm 15-il applikazzjoni pendenti ta’ kumpaniji li jispeċjalizzaw fi skills games biex joperaw minn Malta. Dan wara li kumpanija minn Boston, ser twaqqaf uffiċċju f’Malta għall-operazzjoni kollha fir-reġjun.

Huwa għamel referenza għal numru ta’ skemi ta’ fodni mnedija minn din l-amministrazzjoni  biex l-innovaturi u l-imprendituri jqarbu l-ideat tagħhom lejn il-kummerċjaliżmu.

Dwar is-servizz ta’ Wifi b’xejn, il-Ministru Mallia qal li n-numru ta’ wifi point ser jitla’ għal 400.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilhom snin twal ikerrħu l-ambjent f’ċerti inħawi, iżda huma meħtieġa biex jitwassal servizz essenzjali: l-elettriku. Qed nirreferu għal arbli fil-kampanja b’cables imdendla magħhom. Li fihom tajjeb hu li jista’ jasal…

Lokali

Il-midja Taljana qed tkompli tirrapporta bi prominenza l-arrest ta’ Darren Debono ta’ 43 sena, li nqabad f’lukanda f’Lampedusa wara li kien imfittex b’rabta ma’ kuntrabandu tal-fjuwil mil-Libja. Debono, li kien…

Lokali

Jonathan Felice intbagħat disa’ snin ħabs wara li tilef l-appell b’rabta ma’ serqa bil-vjolenza li seħħet f’Ġunju 2006, meta huwa kien għad kellu 17-il sena. Dak iż-żmien anzjana ta’ 81…

Lokali

Il-Gvern ħabbar id-dettalji tar-rigal ta’ €1 miljun li se jkun offrut lil min jikxef informazzjoni konkreta li twassal biex ikun solvut il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija l-Gvern qal…

Aktar