Kultura
Liema binjiet fil-lokalità tiegħek se jingħataw protezzjoni tal-PA?

Għadd ta’ bini ngħata status ta’ protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar għaliex ġie meqjus bħala wirt storiku b’karatteristiċi uniċi

10 binjiet f’diversi lokalitajiet ġew meqjusa bħala bini ta’ grad 1 jew 2 mill-Awtorità minħabba l-valur arkitettoniku u storiku tagħhom.

Il-grad li ngħata lill-binjiet ivarja kemm minħabba ż-żona li fih jinsab kif ukoll iż-żmien meta nbena.

L-Awtorità tat l-ogħla protezzjoni lir-residenza privata ta’ Dr Enrico Mizzi li tinsab fi Triq San Gwann, fil-Belt Valletta. Din ir-residenza tmur lura għas-seklu 17 fejn fiha kien jirrisjedi ir-Reverendu Fortunato Mizzi sal-2002. Fuq il-binja qed isiru xi xogħlijiet biex din tinbidel f’mużew filwaqt li jinżammu l-karatteristiċi tad-dar u l-għamara oriġinali.

Fil-Qrendi, propjetà fi Triq il-Kbira wkoll ingħatat protezzjoni l-għaliex qed titqies bħala palazz tas-seklu 18, b’entratura mimlija affreski, gallarija tal-ġebel maħdum u ġonna interni.

F’Bormla, residenza fi Triq San Pawl, li tmur lura għall-perjodu Barokk, ingħatat protezzjoni mill-Awtorità filwaqt li ġiet meqjusa bħala binja ta’ Grad 2.

Fil-Birgu, 2 residenzi ngħataw il-protezzjoni – il-palazz oriġinali tal-Isqof u palazz Barokk fi Triq Hilda Tabone li jmur lura għas-seklu 16.

Il-Palazz tal-Isqof imur lura għall-1542 u huwa mżewwaq bil-karatteristiċi medjevali taż-żmien. Din il-binja ntużat ukoll bħala l-Palazz tal-Inkwiżitur u baqgħet tintuża bħala palazz għall-Isqof sas-seklu 17 fejn fiha kienu jittieħdu d-deċiżjonijiet politiċi taħt it-tmexxija tal-Ordni ta’ San Gwann.

Binja oħra li ngħatat il-protezzjoni hija residenza f’Ħal Balzan. Din tinsab fi Triq il-Providenza kantuniera ma’ Triq it-Tliet Knejjes. Il-binja, inbniet fl-istil taż-żmien, dak Barokk u Rococo. Il-binja kienet ir-residenza tal-Kavallier Spanjol Fra Giacomo Rodrigues, li jinsab midfun fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.

Fi Triq d’Argens, il-Gżira, binja li nbniet fi żmien il-gwerra mill-arkitett Prof Joseph Colombo, ukoll ingħatat protezzjoni.

F’Ħal Lija u n-Naxxar żewġ binjiet oħra ġew iddikjarati bħala Grad 2 u għalhekk jistħoqqilhom il-protezzjoni. Il-binja f’Ħal Lija hija villa tas-seklu 19-20 mentri dik tan-Naxxar hija binja rurali fil-limiti tal-villaġġ.

Il-villa, li tinsab fi Triq Annibale Preca, mibnija bi stil romantiku u gotiku u fiha wkoll ġardina.

L-unika binja mhux residenzjali li ġiet inkluża mal-lista tal-PA hija dik tal-Knisja Parrokkjali tal-Manikata, iddedikata lil San Ġużepp.  Din il-knisja nbniet fl-1920 bi stil tradizzjonali.

Fl-aħħar snin, il-PA bis-saħħa tas-skema ”Irrestawra darek” ipprovdiet bosta inċentivi għar-restawr ta’ propjetajiet antiki li jaqgħu taħt Grad 1 jew 2 biex ikomplu jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 26 sena mill-Maċedonja ġie akkużat li seraq €300 minn stabbiliment fil-Mellieha fejn kien jaħdem bħala waiter. Igor Illievski wieġeb hati tal-akkuza miġjuba kontrih. Huwa radd lura l-flus li…

Qorti

Josef Sadi mill-Imsida wieġeb mhux ħati ghall-akkuża li ta daqqa ta’ flixkun lil mara Taljana meta lbieraħ kienu fi stabbiliment f’Paceville. Il-Qorti tat lil Sadi l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali…

Televiżjoni u Radju

Appuntament mill-ġdid ma’ X Factor Malta li t-tieni edizzjoni tiegħu tibda fuq TVM dalwaqt. Mill-Boot Camp għaċ-Chair Challenge u l-Judges Houses, l-udjenza ta’ TVM  se jerġa’ jkollha spettaklu ta’ talent…

Stejjer Umani

Disk Jockey Ingliż kien Malta għal vaganza mas-sieħba tiegħu, li għal ftit ma ntemmitx fi traġedja. Huwa waqa’ m’għola erba’ sulari mill-gallarija tal-kamra tiegħu fil-lukanda Seabank, fil-Mellieħa. L-inċident seħħ fil-15…

Aktar