Safar
Liema destinazzjonijiet ifittxu l-aktar il-Maltin?

Kważi nofs is-safar tal-Maltin għadu jsir lejn id-destinazzjonijiet tradizzjonali tal-Italja u r-Renju Unit. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kważi 147,000 Malti u Maltija siefru għal btala, għal xogħol jew raġunijiet oħra.

L-NSO qal li bejn Jannar u Marzu din is-sena kien hemm żieda ta’ aktar minn 9,000 safar tal-Maltin meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena l-oħra. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li f’dan il-perjodu, il-Maltin nefqu kważi 113-il miljun ewro fuq safar. Ras għal ras, kull safra swiethom €769.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti, UPE qalet li l-Kunsill tal-Għalliema, iddeċieda li mis-sena skolastika li ġejja, l-għalliema kollha li se japplikaw għall-warrant ser ikollhom jippreżentaw il-fedina penali tagħhom maħruġa fl-aħħar xahar, flok iċ-ċertifikat…

Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Aktar