Lokali
Liema films tista’ tara llum fil-jum nazzjonali taċ-ċinema?

It-tieni Sibt ta’ Lulju hu l-jum nazzjonali taċ-ċinema organizzat għall-24 darba mill-KRS; b’ċans lill-pubbliku igawdi l-aktar films popolari li jappellaw għall-gosti u etajiet differenti.

L-aħħar ċifri ppubblikati mill-NSO dwar iċ-ċinema juru li fil-pajjiż hawn tmien stabbilimenti taċ-ċinema.

Fil-Jum Nazzjonali taċ-Ċinema, il-pubbliku kellu għażla biex jara sbatax-il film bejn ġodda jew li ħarġu fis-swali taċ-ċinema fl-aħħar ġimgħat.

Jispikkaw l-iżjed din is-sena: films tat-tfal li mistennija jkunu popolari ħafna fix-xhur li ġejjin bħal Aladdin, Toy Story 4 u The Queen’s Corgi.

Fil-film The Queen’s Corgi, il-membru tal-monarkija Ingliża, id-Dama Julie Walters, titlef il-kelb favorit tagħha u l-kelb isib ruħu fi club tal-ġlied tal-klieb fejn hemmhekk jibda t-triq twila biex jerġa’ jmur lejn daru.

Fil-Film Toy Story 4, ġugarell ġdid Forky jingħaqad ma’ Woody u l-kumplament tal-klikka hekk kif ħbieb antiki u ġodda jispiċċaw il-protagonisti ta’ għadd ta’ avventuri.

Aladdin tiċċentra fuq l-istorja li tirrakkonta t-taqbida taż-żagħżugħ simpatiku mal-ambizzjuz Grand Vizier li għandu kilba għall-poter. L-akkwist li qed jissieltu għalih huwa l-lampa maġika li tagħmel il-ħolm reali.

Għall-wiri wkoll blockbusters ewlenin bħal Spider-Man: Far From Home, Annabelle Comes Home, Godzilla: King of Monsters, X-Men: Dark Phoenix, Men in Black: International u oħrajn rinomati fost il-kritiċi bħal Rocketman li huwa drama Ingliża li hija bbażata fuq il-ħajja u l-karriera tal-mużiċist u l-artist Elton John.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Tkompli s-saga Brexit. L-istrateġija tal-Prim Ministru Boris Johnson, li kien qed jippretendi li l-House of Commons japprovalu l-ftehim il-ġdid li rnexxielu jinnegozja mal-Unjoni Ewropea, sfaxxat fix-xejn. Dan hekk kif il-Parlament, minflok,…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar