Barranin
Liema hija l-iktar xarba poplari fid-dinja?

L-iktar xarba popolari fid-dinja hija l-ilma.  Issegwi l-luminata – l-iktar il-Coca Cola, imbagħad il-kafè.  Qabel ma nkomplu naraw liema huma l-iktar xarbiet preferuti, tajjeb li naraw għaliex in-nies l-iktar li jħobbu huwa l-ilma.

L-ilma huwa l-bażi ta’ kważi kull xarba oħra.  Ebda xarba oħra ma tħabbatha ma’ tazza ilma pura u friska.  Speċjalment meta tkun xi ġurnata sħuna u biex tiffriska tagħżel li tixrob tazza ilma ffriżata jew silġa.  Ironikament, l-ilma tal-gass ikklassifika fit-30 post.

Il-Coca Cola hija l-iktar luminata popolari li ġiet ivvintata fl-1886 minn spiżjar bħala rimedju għall-uġiegħ ta’ ras.  Din ix-xarba tant hi popolari li l-kumpanija li tipproduċiha ħolqot togħmiet differeti tagħha fosthom taċ-ċirasa, il-lumi kif ukoll iż-zero u tad-dieta.

Il-kafè instab fl-Etijopja u huwa wieħed mill-iktar prodotti li jsir kummerċ minnu fid-dinja.  Il-kafè wkoll jista’ jsir f’modi differenti – bil-ħalib, cappuccino, mocha, Americano – insomma hawn min ma jibdiex il-ġurnata mingħajr kikkra kafè.

Ir-raba’ l-iktar xarba favorita hija l-birra, segwita mit-tè.  Il-meraq tal-larinġ jikklassifika fis-seba’ post, u warajh l-inbid aħmar.  L-inbid abjad huwa t-18 l-iktar xarba popolari.

Biex nibqgħu fuq l-alkoħol, il-gin & tonic jinsab fid-disa’ post, u s-sangria fil-11-il post, filwaqt li x-xampanja tikklassifika fl-34 post u l-whiskey fid-39 post.

Il-ħalib, li huwa prodott komuni ħafna mit-trabi sal-anzjani u jintuża f’ħafna xarbiet, jikklassifika fit-23 post, minkejja li jixorbuh il-miljuni ta’ nies għal kollazzjon maċ-ċereali, inkella matul il-ġurnata mat-tè jew il-kafè.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ħdax-il xufier ta’ minibus inqatlu f’daqqa b’tiri t’armi tan-nar meta kienu qed jivvjaġġaw lejn Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel. Erbgħa oħra jinsabu fil-periklu tal-mewt. Ix-xufiera, li huma mill-provinċja Gauteng, kienu attakkati hekk…

Barranin

Tifel ta’ 3 snin sofra ħruq gravi f’wiċċu u f’dirgħajh f’attakk bl-aċtu li xxokkja l-komunità ta’ Worcester, fir-Renju Unit. It-tifel kien attakkat ġo ħanut tal-fajjenza llum waranofsinhar, bil-mottiv li għadu…

Barranin

Tia Coleman, mara Amerikana rrakkontat kif ħajjitha nbidlet mil-lejl għan-nhar wara t-traġedja ta’ Missouri li seħħet il-Ħamis li għadda. Dgħajsa li kienet qed iġġorr lit-turisti madwar ix-xmara ta’ Missouri għerqet…

Barranin

Raġel fl-Etjopja kien arrestat wara li pprova jqajjem raġel mill-mewt u ma rnexxilux. Getayawkal Ayele, li jridha ta’ profeta, mar għand il-qraba ta’ raġel mejjet u kkonvinċihom li seta’ jqajmu…

Aktar