Televiżjoni u Radju
Liema hu l-isport favorit ta’ Heinrich Camilleri?

Twieled u trabba l-Belt Valletta. Fl-imgħoddi kienet l-hena tiegħu jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira.

Wara kors fid-drama, bil-mod il-mod, beda jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi, fosthom ‘Deċeduti’ u ‘Qlub Imweġġgħa’, u llum il-ġurnata jitqies bħala wieħed mill-aktar atturi popolari Maltin.

X’sar minnu Heinrich Camilleri? Fl-2014, x’qanqlu jiddeffes fil-music video ‘Coming Home’ tal-grupp Firelight? U, x’inhu l-isport favorit tiegħu?

Segwi l-kummenti ta’ Heinrich waqt ‘X’sar minnhom’ illejla fl-10.05pm fuq TVM.

Heinrich Camilleri Promo

Heinrich Camilleri beda jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt Valletta.Wara li ħa kors tad-drama, rajnieh f’bosta produzzjonijiet televiżivi.F’dawn l-aħħar snin, Heinrich ippreżenta diversi serati ta’ kickboxing u boxing. U issa?

Gepostet von X'sar minnhom? am Donnerstag, 21. November 2019

Aħbarijiet Oħra

L-internet huwa lussu li kważi kważi sirna ma ngħaddux mingħajru. Komdu mmens u jekk tużah b’mod għaqli jagħmlilna ħajjitna ferm aktar faċli. Minkejja dan, mhux kulma hemm onlajn huwa tajjeb….

Televiżjoni u Radju

Fix-xhur li ġejjin, Gordon Bonello se jkun qed jieħu r-riedni tal-programm ‘Malta’s Got Talent’ f’idejh. Wara li lbieraħ ġew żvelati l-erba’ membri tal-ġurija, fuq il-paġna ta’ Facebook tax-show ferm mistenni għadu…

Ikel

Fl-aħħar jiem, il-kumpanija Malta Dairy Products esprimiet l-apprezzament tagħha lejn ir-raħħala u l-produtturi tal-ħalib li hawn fostna. Liema persuni, ixammru l-kmiem minn sbieħ il-jum sa nżul ix-xemx bil-għan li ta’…

Aktar