Eurovision
Liema huma l-10 pajjiżi li għaddew għall-finali tal-Eurovision?

10 pajjiżi mis-17 li ħadu sehem fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest għaddew għall-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.  Il-pajjiżi li kkwalifikaw għall-finali huma:

  • Greċja – Katerine Duska bil-kanzunetta Better Love
  • Belarus – ZENA bil-kanzunetta Like It
  • Serbja – Nevene Božović bil-kanzunetta Kruna
  • Ċipru – Tamta bil-kanzunetta Replay
  • Estonja – Victor Crone bil-kanzunetta Storm
  • Repubblika Ċeka – Lake Malawi bil-kanzunetta Friend Of A Friend
  • Awstralja – Kate Miller-Heidke bil-kanzunetta Zero Gravity
  • Iżlanda – Hatari bil-kanzunetta Hatrið mun sigra
  • San Marino – Serhat bil-kanzunetta Say Na Na Na
  • Slovenja – Zala Kralj & Gašper Šantl bil-kanzunetta Sebi

Il-pajjiżi li m’għaddewx huma il-Montenegro, il-Finlandja, il-Polonja, l-Ungerija, il-Belġju, il-Ġeorġja u l-Portugall.  Ir-riżultat kien maqsum 50:50 bejn ġurija professjonali u televoting.

Michela llum se jkollha ġurnata mpenjattiva hekk kif illejla mistenni jkollha l-prova uffiċjali li matulha se tkun qed tiġi aġġudikata minn ġurija internazzjonali, liema voti mbagħad jgħoddu għar-riżultat t’għada.

Il-kantanta Maltija se tkun il-11-il waħda li se tkanta fis-semifinali ta’ għada l-kanzunetta Chameleon.  Magħha se jkun hemm l-Armenja, l-Irlanda, il-Moldova, l-Isvizzera, il-Latvja, ir-Rumanija, id-Danimarka, l-Isvezja, l-Awstrija, il-Kroazja, il-Litwanja, ir-Russja, l-Albanija, in-Norveġja, l-Olanda, il-Maċedonja u l-Ażerbajġan.

Għada, it-trażmissjoni tibda fid-9pm u se tixxandar dirett fuq TVM u tvm.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Edukazzjoni

Il-Gvern għadda lill-Università ta’ Malta madwar sittin tomna ta’ art, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li dan huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar fl-Università. B’dan il-ftehim, l-Università ta’ Malta…

Aktar