Kurżitajiet
Liema huma l-aktar films popolari dan is-sajf?

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 – Easy Rider. U dan is-sajf, il-kumpanija Walt Disney Productions issudat il-pożizzjoni tagħha bħala fil-box office hekk kif erba’ mill-ewwel ħamsa films bl-ikbar udjenzi huma produzzjonijiet tagħha.

Sena meqjusa bħala straordinarja għall-kumpanija Walt Disney Productions.  Erba’ mill-iktar films li għamlu flus fil-box office huma produzzjoni tagħha u sal-aħħar tas-sena l-prospetti li films maħduma minnha jkomplu jkunu fost l-iktar favoriti, jidhru tajbin. Biss biss il-film Avengers: Endgame sar l-iktar film li kellu suċċess fil-box office fl-istorja taċ-ċinema.

Mario Azzopardi qal “imbagħad hemm The Lion King ta’ Disney ukoll, u jsegwi warajh film mhux ta’ Disney imma tas-Sony li huwa Spiderman The Homecoming. Warajh żewġ films oħra ta’ Walt Disney Productions, Aladdin u Toy Story 4.”

Il-kritiku tal-films Mario Azzopardi kompla jgħid li l-erba’ films ta’ Disney li jinsabu fil-quċċata tal-aqwa għaxar films tas-sena fil-box office, daħlu bejniethom iktar minn sitt biljun dollaru, bis-sitta ta’ warajhom lanqas daħlu n-nofs.

Anke d-dinja ċinematografika ġġib suċċessi u diżappunti. Mario Azzopardi qal “Warner Brothers stennew li Godzilla żgur se jmur aħjar però l-ikbar diżappunt ta’ dan is-sajf huwa The Dark Pheonix, li huwa meqjus bħala wieħed mill-agħar films ta’ X-Men. Kien hemm ukoll Man in Black International li wkoll ma marx tajjeb”.

L-udjenzi Maltin taċ-ċinema ukoll kellhom il-gosti tagħhom fit-12-il ġimgħa tas-sajf.

Mario Azzopardi qal “sitt ġimgħat dominati minn Aladdin, ġimagħtejn minn Spiderman The Homecoming, u naturalment l-aħħar ġimagħtejn dominati għalkollox minn The Lion King.”

Sal-aħħar tas-sena jidher li Disney se tkompli bis-suċċessi fosthom bis-sequel “Maleficent: Mistress of Evil” u għall-Milied episodju ieħor tant mistenni minn Star Wars.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi…

Aktar