Kultura
Liema huma l-aktar siti storiċi f’Malta li jattiraw lill-viżitaturi?

Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena kważi 350,000 persuna żaru ħames mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta.

Matul l-aħħar snin żdiedu l-viżitaturi fil-mużewijiet u siti mmexxija minn Heritage Malta. Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, qrib it-350,000 persuna żaru t-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, il-Mużew tal-Arkeoloġija, u l-Kmamar Statali u l-Armerija tal-Palazz il-Belt.

Minn ċifri ta’ Heritage Malta, dan ifisser żieda ta’ kwazi 66% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. L-iżjed sit minn dawn il-ħamsa li kellu viżitaturi kienu l-Kmamar Statali tal-Palazz li bejn Jannar u Ġunju raw 95,230 viżitatur.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-Mużew tal-Arkeoloġija kellu tnaqqis ta’ 1,600 persuna u dan jista’ jkun minħabba l-fatt li s-sena l-oħra kien hemm il-wirja tas-sejf ta’ De Valette. Min-naħa l-oħra, din is-sena kien hemm żieda ta’ 27,000 persuna li żaru l-Armerija tal-Palazz.

It-Tnejn filgħodu żorna t-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Mnajdra, il-Palazz tal-Armerija u l-Mużew tal-Arkeoloġija fejn kien evidenti li l-maġġoranza assoluta tal-viżitaturi kienu turisti li qalulna li ma jfittxux lil Malta għax-xemx u l-baħar biss, imma wkoll minħabba r-rikkezza storika.

“Because of all the history, the buildings, I also had an uncle who in the second world war came through Malta and then to Sicily. But I wanted to come here because of all the churches, and all the buildings, and all the history, and I stumbled on the Armory today as well, which I found really nice” qal wieħed mit-turisti.

Turist ieħor qal li “it’s very interesting because my family, all members of our family, interested a lot of different archaeology, science discoveries in different countries but in Malta it’s very ancient and we always want to see.”

Kollox ma’ kollox dawn iċ-ċifri juru li Malta mhijiex mogħnija biss bi klima addattata għal kull min ifittex ix-xemx u r-ramel imma wkoll b’wirt storiku kbir li huwa ukoll imfittex u apprezzata ħafna mit-turisti.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Reliġjon

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, it-teatru Orpheum fil-Gżira serva ta’ knisja għall-komunità Kattolika minn Kerala fl-Indja. Fil-Ġimgħa l-Kbira, filgħaxija mal-elf ruħ inġabru għall-adorazzjoni tas-salib. Wara, fit-toroq tal-Gżira u Tas-Sliema, xeni mhux tas-soltu…

Aktar