Kurżitajiet
Liema huma l-iktar films li għamlu ħoss fl-2019?

L-istaġun tal-unuri tal-films kien varat uffiċjalment f’Los Angeles bis-seba’ u sebgħin edizzjoni tal-Golden Globes fil-ħamsa ta’ Jannar. Ilbieraħ tħabbru wkoll il-films, dokumentarji, atturi u protagonisti li ġew nnominati għall-aqwa unuri li jingħataw mill-industrija Brittanika. It-tlieta u sebgħin edizzjoni tal-BAFTAS se ssir fit-tnejn ta’ Frar fir-Royal Albert Hall ta’ Londra

Hemm diversi films nnominati għall-BAFTAS li rebħu wkoll l-Golden Globe fosthom Joker li għall-BAFTAS rċieva ħdax-il nomina fosthom għall-aqwa film, l-aqwa direttur Todd Philips, għall-aqwa attur Jaoquin Phoenix u għall-aqwa ċinematografija.

The Irishman huwa nnominat għaxar darbiet għall-BAFTAS fosthom fil-kategoriji prestiġjużi tal-aqwa film u għall-aqwa direttur, Martin Scorsese.

Once Upon a Time in Hollywood tad-direttur Quenton Tarantino li rebaħ l-unur għall-aqwa musical u għall-aqwa screenplay fil-Golden Globes hu nnominat f’għaxar kategoriji għall-BAFTAS, ukoll fil-kategoriji tal-aqwa film u tal-aqwa direttur. Once Upon a Time in Hollywood kien nnominat wkoll għall-aqwa sceenplay fil-BAFTAS. L-attur Leonardo di Caprio huwa nnominat bħala l-aqwa attur għall-istess film fil-parti ta’ Rick Dalton.

Il-film rebbieħ tal-aqwa film fil-Golden Globes, 1917, huwa nnominat f’disa’ kategoriji tal-BAFTAS fosthom ukoll għall-aqwa film u għall-aqwa direttur, Sam Mendes, li rċieva wkoll nomina għall-aqwa film Ingliż.

Jojo Rabbit irċieva sitt nomini filwaqt li Marriage Story, The Two Popes u Little Women irċievew ħames nomini għall-BAFTAS. L-atturi ewlenin ta’ The Two Popes, Jonathon Pryce u Anthony Hopkins irċievew nomina għall-aqwa atturi f’parti ewlenija u f’parti sekondarja bħala l-Papa Franġisku u l-Papa Benedittu sittax rispettivament.

L-attur Tom Hanks li ngħata l-Lifetime Achievement Award fil-Golden Globes huwa nnominat ukoll għall-aqwa attur f’parti sekondarja fil-film A Beautiful Day in the Neighborhood, bħala l-preżentatur leġġendarju Fred Rogers.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru ta’ Franza Edouard Philippe ssottometta r-riżenja tiegħu wara tliet snin fit-tmun tal-gvern tal-President Emmanuel Macron. Minkejja li fi Franza Philippe jgawdi popolarità aktar minn Macron, il-partit République En…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Aktar