Lokali
Liema huwa l-aktar sors ta’ tniġġiż tal-arja f’Malta?

B’akbar sors ta’ tniġġiż tal-arja f’Malta issa huma l-karozzi. Dan huwa kkonfermat minn riċerka xjentifika dwar il-kwalità tal-arja li ssir kemm mill-istazzjonijiet tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi kif ukoll b’mod indipendenti mill-Università ta’ Malta. Bi 360,000 vettura fit-toroq Maltin, s’issa ma jidhirx li l-isforzi li saru s’issa fosthom skemi tal-iskrappjar kif ukoll l-inċentivi għax-xiri ta’ karozza elettriċi kellhom r-riżultat mixtieq fit-tnaqqis tat-tniġġiż.

Permezz ta’ vann mobbli li jkejjel it-tniggiż fl-arja, Dr Noel Aquilina mill-Fakultà tax-Xjenza fl-Università ta’ Malta huwa konvint li t-traffiku huwa l-akbar sors ta’ tniġġiż. Huwa wasal għal din il-konklużjoni wara li analliża kampjuni tal-arju għal perjodu ta’ sitt xhur.

“L-iktar li naraw huma oxides of nitrogen li ġejjin minn karozzi li jużaw il-petrol imbagħad għandek Carbon monoxide u partiċelli li huma iktar indikaturi, li huma indikaturi ta’ karozzi diesel u fil-fatt jekk inħarsu lejn il-pollutants wieħed wieħed kollha jikkorispondu mal-pattern tat-traffiku, filgħodu jiżdied u jerġa’ jiżdied filgħaxija” qal Dr Aquilina.

Dr Aquilina jemmen li jrid issir ħidma akbar kontra l-karozzi li jiġġeneraw ħafna tniġġiż.

“Ikun hemm kampanja li tindirizza karozzi li jidhru li huma high emiters għax karozzi diesel jidhru li jarmu ħafna partiċelli, meta taraha dik id-daħna dik fil-fatt hija indikatur li l-emissions huma għoljin” stqarr Dr Aquilina.

Għall-Professur Ray Ellul, li għaddej ukoll bir-riċerka dwar il-kwalità tal-arja, ma jemminx li l-karozzi elettriċi ser isolvu l-problema tat-tniġġiħ għal bosta raġunijiet.

“Li se jiġri hu li se nixtri eluf kbar ta’ karozzi bil-batteriji li għandhom l-ispejjeż tagħhom environmentally, għax batterija trid tagħmilha, kull ħames snin trid tirriċikla l-batteriji, trid turi l-power mill-powerstation li jarmi l-carbon dioxide” qal Prof Ellul.

Il-Professur Ellul jittama fl-iżvilupp ta’ karozzi li jaħdmu bil-Idroġinu. Stqarr li “il-Hydrogen tagħmlu mill-ilma, qed tuża l-PV panels, u l-hydrogen meta jintuża fil-fuel cell tal-karozza kull ma jtik huwa water vapor, jiġifieri 100% nadif.”

Huwa xejjen l-perċezzjoni li dawn il-karozzi mhumiex siguri. Spjega li t-Toyota bdew jiżviluppaw dawn il-karozzi.

“It-Toyota Mirai li taħdem bil-Hydrogen, it gives 100’s of kilometers on a tank of Hydrogen, il-problema li m’għandekx infrastrutura ta’ Hydrogen filling stations, imma din tista’ ssir ukoll” qal Prof Ellul.

Ir-realtà hija li kull sitwazzjoni fil-mezzi ta’ trasport toffri sfidi u m’hemmx soluzzjoni waħda li ssolvi l-problemi kollha tat-traffiku u tat-tniġġiż.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-sena li għaddiet, l-elettriku ġenerat mis-sistemi tal-panelli fotofoltajiċi f’Malta kien aktar minn 22% milli kien ġenerat fl-2016. Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-2017, ġew ġenerati 155.3 meawatts per…

Lokali

Waqt li l-Parlament illejla ser jivvota dwar l-emendi għal-liġi tal-protezzjoni tal-embrijuni, fil-Qorti nfetħet kawża kostituzzjonali b’talba biex din tiddikjara li l-emendi huma nulli għaliex jiksru l-Kostituzzjoni. Dan l-iżvilupp seħħ sigħat…

Lokali

Il-Qorti Maltija rreferiet 48 każ lill-Bord tar-Rijabilitazzjoni ta’ persuni ħatja ta’ reat marbut ma’ pussess tad-droga fit-tliet snin li l-Bord ilu mwaqqaf. Dan tħabbar mill-Minsitru għall-Ġustizzja Owen Bonnici meta ppreżenta…

Aktar