Ċinema
Liema kienu l-aktar films popolari f’Malta fl-2019?

Is-sena li għaddiet, is-swali taċ-cinemas f’Malta wrew ftit aktar minn 400 film. L-attendanza laħqet kważi 750,000 persuna li raw dawn il-films f’xi wieħed mill-erba’ cinemas f’Malta u tnejn f’Għawdex.

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, is-sena li għaddiet l-aktar tliet films popolari kienu The Lion King, Aladdin u Joker.

Il-films ta’ produtturi Maltin kellhom udjenza li laħqet ftit inqas minn 24,000 u ġġeneraw dħul ta’ €99,000. Mill-banda l-oħra, il-films barranin iġġeneraw kważi ħames miljun ewro.