Lokali
Liema lokalità biddlet l-istemma jew il-motto?

Bejn l-1993 u Marzu ta’ din is-sena saru 27 petizzjoni minn 26 Kunsill Lokali għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom.

Dan ħareġ minn tweġiba parlamentari li ngħatat mill-Ministru Owen Bonnici wara mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Fil-Parlament ħareġ li mis-27 petizzjoni, ġew aċċettati 18, ġew irrifjutati 3 u għad hemm pendenti 6 talbiet li saru f’dan ir-rigward.

Kunsill Lokali Aċċettata Miċħuda Pendenti
Il-Birgu

X

   
L-Isla

X

   
Ħaż-Żebbuġ

X

   
Is-Siġġiewi

X

   
Ħ’Attard

X

   
Birżebbuġa

X

   
Floriana

X

   
Il-Gudja  

X

 
Għajnsielem    

X

Ħal Għaxaq

X

   
Il-Kalkara

X

   
Ħal Lija

X

   
Il-Mellieħa

X

   
L-Imġarr

X

   
Il-Mosta

X

X

 
L-Imqabba    

X

In-Nadur

X

   
In-Naxxar

X

   
Paola

X

   
Il-Qrendi

X

   
San Ġiljan    

X

Santa Venera    

X

Ta’ Xbiex    

X

Ix-Xagħra    

X

Ix-Xgħajra

X

   
Iż-Żurrieq  

X

 

Intant, fi tweġiba oħra mill-Ministru Bonnici għal mistoqsija oħra ta’ Dr Aquilina dwar tibdil fil-motto tal-lokalità, saru 3 applikazzjonijiet mill-1993 sa Marzu ta’ din is-sena.

Dr Bonnici spjega kif mir-rekords tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali jirriżulta li t-talba fil-motto mill-Kunsill tas-Siġġiewi fl-1999 ma kintix intlaqgħet.

Qal li ma ġietx aċċettata wkoll it-talba li saret fl-2010 mill-Kunsill tal-Fgura biex jiżdiedu xi kliem fil-motto.

Il-Ministru Bonnici sostna li l-Kunsill ta’ Ta’ Xbiex baqa’ ma weġibx għal iktar dettalji li ntlabu biex jagħti dwar żieda ta’ xi kliem fil-motto wara talba li saret fl-1994.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar